Futbol lokali
FILMAT: L-Impatt ekonomiku fuq il-Clubs tal-futbol lokali. Jitkellem Joe Gauci Awditur u President ta’ Żejtun Corinthians

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro Micallef illum tkellem mal-Awditur Joe Gauci li hu wkoll President ta’ Club tal-Futbol lokali dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq il-Clubs tal-futbol Maltin.

Huma b’kollox 53 il-Clubs li huma affiljati u jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Malta Football Association mill-Kampjonat Premier sat-Tielet Diviżjoni, min b’mod u min b’ieħor kolha affetwati finanzjarjament bil-kriżi preżenti.

Hu fatt li l-ikbar impatt ekonomiku negattiv qedgħin jaffaċjawh l-14 il-Club tal-Premier u l-14 –il Club tal-ewwel diviżjoni li fuq il-kotba tagħhom għandhom ammont ta’ impjegati full timers l-iktar players u coaching staff, b’diversi ħaddiema bħall-amministraturi fuq bażi part time.

Television Malta tkellem ma’ Joe Gauci li hu awditur professjonali u partner tal-Kumpanija internazzjonali Morison KSI u fl-istess ħin hu l-President tal-Club tal-ewwel Diviżjoni Żejtun Corinthians dwar din is-sitwazzjoni mingħajr preċedent.

Meta ppressat biex jistima t-telf li hu qed jiproġetta li se jsofri l-Club tiegħu fi tmiem dan l-istaġun is-Sur Gauci kien skjett fir-risposta tiegħu fejn qal li hu qed jistma li Żejtun Corinthains se jitilfu bejn €150,000 u €200,000.

Żejtun Corinthians qabel ma’ waqaf l-istaġun fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kienu jinsabu l-ewwel fil-klassifika fejn minn 19 –il logħba għandhom 38 punt u allura hu ovvju li huma fost dawk il-Clubs li qed jagħmlu pressjoni mal-MFA sabiex il-kampjonati lokali ma’ jiġux nulli iżda jridu li jintemmu hawn u jkunu promossi għall-Kampjonat Premier għall-istaġun li jmiss.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-mira tal-imprenitur Joseph Portelli, f’isem Hamrun Spartans, hi dik li “jirbaħ il-kampjonat u jimla Strada Rjali bin-nies“. Dan qalu Portelli stess fuq il-mikrofonu ta’ TVMSport hekk kif intemmet il-konferenza tal-aħbarijiet,…

UEFA Europa League: Rd 2 ta’ Kwalifikazzjoni Hibernians…0 Fehérvár…….1 Goal waħdani mas-siegħa logħob ra lil Hibernians eliminati fit-2 Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League minn Fehérvár tal-Ungerija. L-ewwel taqsima rat lill-Ungeriżi fil-parti…

L-MFA illum sejħet lill-media sabiex tagħti l-aħħar dettalji tal-preparazzjonijiet li qed issiru qabel il-bidu tal-kampjonat BOV Premier 2020/21 u r-regolamenti straordinarji li kellhom jidaħħlu f’din in-normalita’ ġdida. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA…

Fin-National Football Stadium ta’ Windsor Park f’Belfast, iċ-champions lokali Floriana llejla jeħduha kontra ċ-champions tal-Irlanda ta’ Fuq Linfield għal post fit-3 Round ta’ Kwalfikazzjoni tal-UEFA Europa League. Floriana sabu ruħhom…

Aktar