Futbol internazzjonali
FILMAT: L-Italja jdawwru telfa f’rebħa f’Yerevan

KAMPJONAT UEFA EURO 2020

Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni

Armenja…….1

Italja………..3

Fl-ewwel logħba tal-ħames ġurnata tal-fażi tal-gruppi għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonżt UEFA Euro 2020, l-Italja f”Yerevan kellhom jiġu minn goal minn taħt biex jieħdu t-tliet punti.
Hawn rebħa għall-Italja bl-iskor ta’ 3-1. Kienu l-Armenja li marru minn fuq b’goal ta’ Alexander Karapetian wara 11 -il minuta logħob. Fit-28minuta l-Italja ġabu d-draw b’goal ta’ Andrea Belotti. Ftit qabel il-mistrieħ l-Armenja spiċċaw jilagħbu b’10 players hekk kif Alexander Karapetian intwera t-tieni karta safra sabiex l-Italja kienu se jilagħbu t-tieni taqsima bi player iktar. Kien biss fit-78minuta li l-Italja marru fil-vantaġġ b’goal ta’ Lorenzo Pellegrini għal 2-1. Għaxar minuti mit-tmiem xut ta’ Belotti jaħbat mal-lasta u ma dar il-goalkeeper Aram Hayrapetyan għal skor finali Armenja 1 – Italja 3.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’laqgħa mad-diriġenti ta’ Inter, il-kowċ Antonio Conte għamel lill-attakant Franċiż Olivier Giroud bħala prijorita’ fis-suq tat-trasferimenti f’Jannar. Wara l-injury li sofra l-attakkant Ċilen Alexis Sanchez, Inter jinsabu jfittxu attakkant sabiex…

Futbol internazzjonali

L-Attakant Żvediż Zlatan Ibrahimovic ħabbar fuq l-mezzi tal-midja soċjali li se jkun qed itemm l-esperjenza tiegħu fl-Istati Uniti ma’ La Galaxy. Ibrahimovic irringrazzja lil kull min kien parti minn din…

Futbol internazzjonali

Lejlet il-logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat tal-Ewropa 2020 kontra l-Moldova, il-players tat-tim nazzjonali Franċiż osservaw minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi tal-attakki terroristiċi tat-13 ta’ Novembru 2015. Dak in-nhar militanti splodew bombi…

Aktar