FILMAT: “M’għandi xejn xi ngħid” – Josè Mourinho wara t-telfa ma’ Liverpool

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara t-telfa ta’ 3-1 kontra t-tim ta’ Liverpool, il-manager kontroversjali tat-tim ta’ Chelsea Josè Mourinho stqarr li m’għandu xejn jikkummenta.

Telfa li tkompli tkabbar il-krizi tac-Champions Chelsea li għalihom din kienet it-tielet telfa fil-kampjonat mil-aħħar erba logħbiet.

Fuq in-naħa l-oħra tbissima u sodisfazzjon fil-kamp ta’ Liverpool bl-ewwel rebħa fil-kampjonat għal manager il-ġdid Jurgen Klopp.

Tul id-disgħin minuta, l-Brażiljan Ramires fetaħ l-iscore għal Blues b’daqqa ta’ ras fir-raba minuta, Liverpool kisbu d-draw eżatt qabel il-mistrieħ minn Philippe Coutinho, l-istess Philippe Coutinho poġġa lir-Reds għall-ewwel darba fil-vantaġġ fil-ħamsa u sebgħin minuta, qabel is-siġill fuq il-partita bit-tielet goal minn Christian Benteke fit-tlieta u tmenin minuta.

Miktub minn...
Owen Galea
Aħbarijiet Oħra

SUPER CUP EWROPEA 2020 Bayern Munich….2 Sevilla……………….1 (wara l-ħin barrani) Bayern Munich rebħu s-Super Cup Ewropea meta fil-partita li tnlagħbet f’Budapest, fl-Ungerija, għelbu lil Sevilla bi skor ta’ 2-1, bil-gowl…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

Zlatan Ibrahimovic hu l-aħħar vittma li ttesjta pożittiv għall-coronavirus. Ibrahimovic kellu bidu mill-aqwa għal Milan u skurja ż-żewġ gowls kontra Bologna fl-ewwel partita tas-Serie A. F’test li sar fuqu kontra…

Plejer tal-futbol fl-Estonja kiser rekord dinji hekk kif inbidel wara 13-il sekonda biss wara l-kick-off tal-partita. L-inċident seħħ lill-plejer ta’ 16-il sena Lauri Supp tat-tim ta’ Kalju li kienu qed…

Aktar