Futbol internazzjonali
Filmat: Olivier Giroud jingħaqad ma’ Milan

L-Internazzjonali Franċiż Olivier Giroud se jkompli l-karriera tiegħu fl-Italja fejn ingħaqad ma’ Milan minn ma’ Chelsea. Milan jingħad li ħallsu s-somma ta’ miljun dollaru punt tnejn għas-servizzi ta’ Giroud li iffirma kuntratt ta’ sentejn mar-Rossoneri.
Giroud rebbieħ mat-tim Franċiż tal-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja skorja 39 gowl f’119-il logħba mal-Blues u magħhom rebaħ l-FA Cup, l-Europa League u ftit ġimgħat ilu l-UEFA Champions League. Giroud kien ingħaqad ma’ Chelsea wara fis-sena 2018 mingħand Arsenal. Hu sellem lil Chelsea u rringrazzja kemm lid-diriġenti kif ukoll lill-partitarji tal-Blues għal dik li sejjaħ bħala esperjenza fantastika. Dan kien it-tieni tresferiment bejn Chelsea u Milan fejn ftit tal-ġimgħat ilu Milan akkwistaw għal kollox is-servizzi td-difensur ċentrali Ingliż Fikayo Tomori wara li fl-istaġun li għadda kien b’self ma’ Milan.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.