Futbol lokali
FILMAT: Qala Saints jeliminaw lil Sannat Lions u jwettqu l-akbar sorpriża fil-kwarti tal-finali tat-Tazza BOV GFA

Fi tmiem il-ġimgħa ntlagħbu l-kwarti tal-finali fil-Kerċem Arkafort Stadium ta’ Kerċem.

Fl-ewwel logħba mill-kwarti finali tal-BOV GFA Cup, Oratory Youths għelbu lil SK Victoria Wanderers bl-iskor ta’ 1-0, b’gowl li wasal fil-ħin barrani. Il-gowl deċiżiv wasal fis-97 minuta mis-sostitut James Grima li aprofitta minn indeċiżjoni bejn id-difiża u l-gowlkeeper avversarju biex xeħet f’lasti vojta.
Ir-referee tal-partita kien Aleksandar Jovanovic.

Nadur Youngsters kisbu rebħa ta’ 3-1 kontra Victoria Hotspurs fl-aktar logħba mistennija. Nadur fetħu l-iskor fil-50 minuta b’xutt ta’ Judivan Flor Da Silva iżda fl-64 minuta, Victoria Hotspurs kisbu d-dro permezz b’xutt fil-baxx tad-debutant Robonson Blandon Rendon. Nadur reġgħu marru fil-vantaġġ żewġ minuti wara meta Judivan Flor Da Silva ħasad lil aversarji b’konklużjoni tajba wara li rċieva l-ballun minn throwin. Nadur issiġillaw ir-rebħa fis-87 minuta b’awto gowl ta’ Oliver Cremona.
Ir-referee tal-partita kien Slawomir Olucha.

It-tim tat-Tieni Diviżjoni Qala saints rreġistra l-akbar sorpriża meta elimina lit-tim tal-ewwel diviżjoni Sannat Lions b’rebħa ta’ 3-2. Qala ssorprendew lil sannat matul lpewwel siegħa logħob u fetħu vantaġġ ta’ tlett gowls. Brandon Said skorja dopjetta g’gowls li waslu fl-40 minuta u fl-ewel minuta tat-tieni taqsima. Fil-55 minuta, Qala skurjaw gowl ieħor permezz ta’ Ebube Ralph Okpokwu biex mal-ħin Sannat ipruvaw jirkupraw l-iżvantaġġ iżda rnexielhom biss jerġgħu jidħlu fil-parita b’gowls li waslu minn Fabian Xuereb fit-73 minuta u awto gowl minn Samwel Muscat ħames minuti wara.
Referee kien Daniel Casha.

Għajnsielem kisbu post fis-semi finali b’rebħa ta’ 1-0 kontra Kerċem Ajax. B’dan ir-riżultat Ghajnsielem segwew lil Nadur Youngsters biex dawn iż-żewġ timijiet għadhom sfidanti għall-unuri kolla ta’ dan l-istaġun tal-futbol Għawdxi. Il-gowl li ddeċieda din il-partita wasal fit-33 minuta permezz ta’ konklużjoni bir-ras ta’ Shaun Attard.
Ir-referee tal-partita kien Daniel Portelli.

Fis-semi finali Oratory Youths ser jilgħabu kontra Nadur Youngsters, filwaqt li Qala Saints jilgħabu kontra Għajnsielem.

Miktub minn...
TVM Sport