Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018
FILMAT: Radja Nainggolan barra mill-iskwadra proviżorja tal-Belġju

Il-Kowċ Nazzjonali tal-Belġju l-Ispanjol Roberto Martinez ħasad lill-partitarji Belġjani hekk kif ħalla barra mill-iskwadra proviżorja għat-Tazza tad-Dinja lill-Midfielder Radja Nainggolan li jilgħab ma’ Roma fl-Italja.

Martinez tenna li hu mar personalment Ruma jkellem lill-player biex jinfurmaħ b’din id-deċiżjoni u qallu li d-deċiżjoni hi bbażata fuq għażla tattika u mhux fuq inċidenti ta’ dixxiplina li seħħew fil-passat.

Martinez sa issa għażel 28 player li se jnaqqashom għall-iskwadra finali ta’ 23 wara l-partita ta’ ħbiberija ta’ kontra l-Portugal skedata għas-Sibt 2 ta’ Ġunju fi Brussel.

Minkejja diversi injuries li sofra l-player ta’ Manchester United l-istriker Romelu Lukaku għamilha mal-lista proviżorja hekk kif isejjaħ ukoll il-player ta’ 32 sena ta’ Manchester City Vincent Kompany.

L-Iskwadra proviżorja ta’ 28 player hija din:

Goalkeepers: Thibaut Courtois (Chelsea), Simon Mignolet (Liverpool), Koen Casteels (VfL Wolfsburg), Matz Sels (Newcastle United).

Difensuri: Toby Alderweireld (Tottenham), Christian Kabasele (Watford), Jordan Lukaku (Lazio), Thomas Meunier (Paris Saint-Germain), Thomas Vermaelen (Barcelona), Jan Vertonghen (Tottenham), Laurent Ciman (Los Angeles), Dedryck Boyata (Celtic), Vincent Kompany (Manchester City).

Midfielders: Marouane Fellaini (Manchester United), Axel Witsel (Tianjin Taida), Kevin De Bruyne (Manchester City), Eden Hazard (Chelsea), Nacer Chadli (West Bromwich Albion), Leander Dendoncker (Anderlecht), Thorgan Hazard (Borussia Moenchengladbach), Adnan Januzaj (Real Sociedad), Youri Tielemans (Monaco).

Atakkanti: Moussa Dembele (Celtic), Michy Batshuayi (Chelsea/Dortmund), Christian Benteke (Crystal Palace), Yannick Carrasco (Atletico Madrid), Romelu Lukaku (Manchester United), Dries Mertens (Napoli).

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Aktar