Snooker
FILMAT: Ronnie O’Sullivan isir l-ewwel plejer fl-Istorja tal-isnooker li għamel 1,000 break ċentinarju

Ronnie O’Sullivan, ilbieraħ filgħaxija, sar l-ewwel plejer fl-Istorja mondjali tal-isnooker li għamel 1,000 brejk ċentinajru.

O’Sullivan għamel dan fl-aħħar frame tal-finali Players Championship kontra Neil Roberston tal-Awstralja.

Malta kellha sehem minn din il-finali peress li r-referee tal-partita kien Terry Camilleri.

O’Sullivan beda din il-finali u kellu bżonn tliet breaks oħra ta’ 100 jew aktar biex jilħaq l-1,000.

Hekk kif għamel dan, O’Sullivan ingħata ċapċipa ta’ eroj minn dawk kollha preżenti, inkluż l-avversarju Robertson u r-referee Malti Camilleri.

“Qatt ma ġrali bħal-lum. Fl-aħħar frame, kull boċċa li bdejt nagħmel kulħadd beda jċapċap u jifraħ. Nirringrazzja lil kulħadd. Nirringrazzja lil kull min kien parti fil-karriera tiegħi f’dawn l-aħħar snin,” qal O’Sullivan, f’kummenti li ta eżatt wara l-finali.

Wara O’Sullivan, l-aktar plejer li għamel breaks ċentinarji hu Stephen Hendry tal-Iskozja li għamel 775 break u John Higgins li għamel 745 break.

Dan kien il-35 titlu fil-karriera ta’ O’Sullivan.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Snooker: Fil-Crucible Theater ta’ Sheffield Tony Drago kien verament viċin li jirbaħ lis-seba’ darbiet champion tad-dinja Stephen Hendry meta l-player veteran Malti tilef 3 frames għal 2 fil-fażi tal-aħħar 16…

Snooker

F’dawn l-aħħar jiem ġewwa l-Akkademja tas-snooker fil Ħamrun, intlagħbu żewġ finali, biex b’hekk intemm dan l-istaġun tal-MBSA. Fil-finali tal-Kampjonat Nazzjonali  tat-timijiet, li kienet fuq l-aħjar minn 15-il frame, it-tim ta’…

Snooker

Malta se tkun irrappreżentata mill-plejer professjonali Alex Borg u ż-żagħzugħ Brian Cini li flimkien se jiffurmaw it-tim Malti għat-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-turnament…

Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg għada t-Tlieta jħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fil-Main Tour organizzat mill-World Snooker wara li l-ġimgħa l-oħra kkwalifika minn tournament ta’ kwalifikazzjoni li sar…

Aktar