Futbol lokali
FILMAT: Sirens kważi Champions tal-Ewwel Diviżjoni

Sirens huma ċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni meta rebħu l-konfront dirett bejn iż-żewġ timijiet promossi biex issa fetħu vantaġġ ta’ sitt punti fuq Gudja u t-tim ta’ San Pawl il-Baħar issa jonqsu biss punt mill-aħħar żewġ logħbiet biex jirbaħ il-kampjonat. Huma diġa’ ġew promossi matematikament għall-kampjonat Premier.

Fis-sebgħa u tletin minuta Sirens fetħu l-iskor meta minn kross mix-xellug ta’ Morgon Filho … kien Ratko Mandic li b’daqqa ta’ ras mill-viċin xeħet fix-xibka. Fit-tieni taqsima, Sirens amministraw tajjeb il- vantaġġ u resqu qrib fis-sebgħa u sittin minuta meta l-gowlkiper ta’ Gudja kellu joħroġ f’saqajn Morgon Filho u fit-tkomplija tal-azzjoni l-istess Debono salva x-xutt ta’ Clive Gauci.

Fid-disgħa u sebgħin minuta Gudja kisbu id-dro meta s-sostitut Marshall qassam lejn Kooh Sohna li bir-ras minn żewġ passi bogħod xeħet wara Montfort. Gudja issa bdew jemmnu li jistgħu idawru r-riżultat u xeħtu kollox fl-attakk iżda kienu kastigati tliet minuti mit-tmiem meta s-sostitut RUSSELL FENECH ġera tajjeb mal-linja u minn tarf il-kaxxa għeleb lil Debono bil-ballun jaħbat mal-lasta spiċċa fix-xibka.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Jumejn qabel il-ftuħ tal-kampjonat Premier, Ħamrun Spartans u Santa Lucia ppreżentaw l-iskwadri tagħhom għall-istaġun li ġej. Ħamrun Spartans ippreżentaw l-iskwadra għall-istaġun li jiftaħ nhar il-Ġimgħa fejn l-Ispartans jibdew b’konfront kontra…

Futbol lokali

THE CONVENIENCE SUMMER CUP 2019 Żebbuġ Rangers laħqu lil San Ġwann f’ras il-klassifika ta’ The Convenience Shop Summer Cup 2019 meta f’konfront dirett huma għelbuhom bl-iskor ta’ 5-2. Min-naħa l-oħra…

Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Aktar