Snooker
FILMAT: Snooker – Invażjoni tal-pannu waqt logħba ta’ O’Sullivan

Fid-dinja stenna kollox, fl-isport ukoll. Forsi fl-isnooker mhux daqshekk, imma dan it-tip ta’ ġenn fid-dinja tal-lum, jista’ jiġri kullimkien, f’kull sport!

Fl-English Open tal-Isnooker, li qed jintlagħab f’dawn il-jiem f’Barnsley, ftit tal-ħin ilu ġrat waħda tinkiteb li jekk ma tarax il-filmat tagħha, tista’ taħseb li hi xi storja vvintata. Mhux il-każ!

Mara li kienet qed issegwi l-logħba bejn Ronnie O’Sullivan u Zhang Anda, li sa dik il-ħin l-Ingliż kien 3 frames għal wieħed minn fuq, iddeċidiet li taħrab lill-membri tas-sigurtà biex tinżel ħdejn iż-żewġ plejers.

O’Sullivan, li kien għaddej fuq il-kolp bi brejk ta’ 123, deher issumat ma jistax jemmen x’qed jara b’għajnejh. L-istess dehru r-referee tal-logħba, l-avversarju tiegħu Anda u anki l-pubbliku preżenti.

Jidher li O’Sullivan, b’din l-ammiratriċi tiegħu ddur mal-mejda, xorta rnexxielhu jippottja l-bilja r-roża għall-brejk ta’ 129, iżda mbagħad kellu jċedi għall-pressjoni tal-mara billi ħalliha tipprova tippottja l-bilja s-sewda li għalih kienet logħob tat-tfal u brejk ta’ 137 ċert.

M’hemmx għalfejn ngħidu, il-mara marret żmerċ kemm fl-ewwel tentattiv, anki fit-tieni, biex il-bilja s-sewda baqgħet qatt ma niżlet fil-‘pocket’.

Neal Foulds, il-kummentatur ta’ Eurosport, l-istazzjon sportiv internazzjonali, deher imfixkel sew, konxju li episodju bħal dan, qatt ma esperjenza f’karriera ta’ snin twal fl-isnooker.

“Ronnie se jħalliha tieħu ċans tagħmel is-sewda,” qal Foulds.

L-episodju kompla jsir aktar farsesk hekk kif qabel ma pruvat tagħmel is-sewda, il-mara nstemgħet tistaqsi jekk kinitx se tieħu l-‘prize money’ jekk tagħmel is-sewda.

Wara l-logħba, O’Sullivan tkellem fuq dan l-inċident u qal, “Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. Meta bdiet iddur mal-mejda qaltli li qed tagħmel ftit jogging. Imbagħad għidtilha biex tkompli u għamilt il-boċċa r-roża.

“Siċerament ħsibta li se tippottjaha s-sewda. Fil-verità xtaqta tippottjaha. Kien ikun ħaqqha applaws mill-ikbar.

“Komplejt noħodha biċ-ċajt għax ħsibt li wieħed mill-membri tas-sigurtà kien se jittekiljaha b’xi mossa tar-rugby u kien joqtolha. Aħjar hekk u noħduha biċ-ċajt,” qal O’Sullivan.

Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-plejer professjonali Malti Alex Borg, fil-ġimgħat li ġejjin, se jkun impenjat f’erba’ tournaments li jagħmlu parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. L-ewwel tournament għal Borg ikun il-ġimgħa d-dieħla meta…

Billiards, Snooker

Illum jibda l-ewwel rawnd tal-kampjonati nazzjonali tas-snooker u billiards, organizzati mill-Malta Billiards and Snooker Association. Dawn jinqasmu f’ħames diviżjonijiet:- Premier, First, Second, Third u Masters, (‘il fuq minn 40 sena)….

Snooker

Nhar it-tnejn 13 ta’ Novembru ser jingħata bidu għall-ewwel rawnd tal-kampjonati nazzjonali tas-snooker u billiards, organizzati mill-Malta Billiards and Snooker Association. Dawn jinqasmu f’ħames divizjonizijiet:- Premier, First, Second, Third u…

Snooker

Stuart Bingham, l-ex Champion tad-Dinja tal-isnooker, ġie sospiż sitt xhur minħabba mħatri li lagħab fuq logħob tal-isnooker li jinkludu anki fejn kien qed jilgħab hu stess. Bingham, ta’ 41 sena,…

Aktar