Atletika
FILMAT: Suċċess fl-ewwel Valletta Express 5K Challenge

Madwar it-toroq tal-Belt kapitali, il-Belt Valletta, illum saret l-ewwel edizzjoni tal-Valletta Express 5K Challenge, attivita’ li kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta flimkien mal-Mellieħa Athletics Club.

Il-Mellieħa Athletics Club aċċettaw din l-opportunita b’entużjazmu li flimkien mall-Express Trailers organizzaw din l-attivita’.

F’din l-ewwel edizzjoni ħadu sehem madwar 300 mitt parteċipant f’żewġ distanzi, b’dik prinċipali tkun il-ġirja ta’ 5 kilometri madwar il-Belt u fun run ta’ 2 kilometri.

L-ewwel fit-tellieqa prinċipali daħal Bruce Bautista b’ħin ta’ 16:31, segwit minn Shaun Galea ta’ Pembroke Athleta. Fit-tielet post spiċċa John Meade ta’ Carraig AC. Neil Brimmer ta’ Żurrieq Wolves u Charlot Bartolo ta’ Mellieħa AC komplew l-ewwel ħamsa.

L-ewwel atleta femminili daħlet Angele Satariano ta’ AS Libertas b’ħin ta’ 19:53 li spiċċat fil-15-il post overall. It-tieni mill-atleti femminili daħlet Caroline Ciappara ta’ Starmax, segwita minn Lorna Mifsud. Donatella Fenech tal-Ladies Running Club u Lesley Ann Vella ta’ Zurrieq Wolves komplew l-ewwel ħamsa.

Intant, Bobby O’Riordan, Michael Mullins u Luke Mullins daħlu fl-ewwel tliet postijiet tal-fun fun rispettivament, atleti li kollha ġejjin mill-Carraig AC. L-ewwel atleta femminili f’din il-fun run spiċċat Faye O’Riordan mill-istess club, segwitha minn Lilly O’Riordan u Kayleigh Abela mill-Malta Youth Triathlon Academy.

Il-preżentazzjoni tal-midalji u trofew lir-rebbieħa saret mis-Sindku tal-Belt Valletta, Christian Micallef u l-Viċi Sindku Vince Fabri.

Parti mir-registration fee ta’ din l-attivita’ ser tmur għal Valletta FC Youth Nursery, preċiżament għal Medical Room f’din in-nursery.

Din l-attivita’ ser tibqa’ issir kull sena u l-fondi miġbura, ta’ kull sena, ser ikunu dejjem b’risq proġett sportiv għaż-żgħażagħ u tfal Beltin.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

It-triathlon tal-Ocean Lava Malta, miżmuma taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon u nnominata bħala l-Kampjonati tal-Middle Distance Triathlon ilbieraħ rat azzjoni ta’ klassi fit-Triq tal-Kosta tas-Salina. Għalkemm it-temp kien iktar favorevoli…

Atletika

Lura għall-Atletika iżda mix-xena internazzjonali: Tibqa’ għaddejja s-saga tal-atleta mill-Afrika t’Isfel Caster Semenya. Il-CAS li hu l-ogħla Tribubal tal-Arbitraġġ sportiv ħa deċiżjoni li Caster Semenya għandha tibda proċess mediku sabiex…

Aktar