Futbol lokali
FILMAT: Tliet logħbiet diretti fi tmiem il-ġimgħa. Isma l-kummenti ta’ Potenza u Greco lejlet id-derby Sliema kontra Floriana

Bejn għada u nhar il-Ħadd tintlgħab l-aħħar ġurnata tal-ewwel round tal-kampjonat BOV Premier.

L-MFA illum organiżżat konferenza stampa li fiha s-sitt kowċis li se jkunu involuti fit-tlett logħbiet kruċjali ta’ tmiem il-ġiimgħa taw il-kummenti tagħhom qabel il-logħbiet rispettivi.

Filfatt fost il-logħbiet hekk imsejħa diretti, Sliema se jaffrontaw lill-leaders Floriana, Hibernians li Gżira u Valletta lil Ħamrun.

Il-kowċ ta’ Valletta Darren Abdilla qal minkejja t-team belti ġew minn sitt riżultati utli qed jara l-konfront kontra Ħamrun bħala wieħed delikat ħafna. Il-kowċ tal-Ispartans Manuela Blasi qal li mhux faċli tipprepara għal-logħba meta l-players f’moħhom diġa’ jkollhom il-waqfa għall-vaganzi.

Dwar il-konfront Gżira – Hibernians għall-Maroons tkellem il-team Manager Marlon Galea li sostna li mal-Hibs qed jistenna logħba diffiċli fejn min naħa tiegħu il-kowċ Pawlista Stefano Sanderra tenna li minkejja li t-team ġej min ħames logħbiet li minnhom kien hemm żewġ draws ma’ Floriana u Valletta rispettivament iqies il-logħba kontra l-Gżira bħala test importanti f’din il-fażi tal-kampjonat.

Programm ta’ ġurnata numru 13

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Il-Ġimgħa – Hibernians Stadium
14:00 Santa Lucia – Balzan
16:00 Hibernians – Gzira United

Il-Ġimgħa – Stadium Nazzjonali
14:00 Birkirkara – Sirens

Is-Sibt – Centenary Stadium
14:00 Mosta – Gudja United
16:15 Senglea Athletic – Tarxien Rainbows

Il-Ħadd – Stadium Nazzjonali
14:00 Sliema Wanderers- Floriana
16:00 Ħamrun Spartans – Valletta

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Aktar