Futbol lokali
FILMAT: Valletta jiffirmaw mal-investituri Għarab. Sciriha jgħid ‘Il-kbir għadu ġej’

Football lokali: Il-Club ta’ Valletta FC iffirma l-ftehim mal-investituri mil-Arabja Sawdija li fuqu ż-żewġ naħat kien ilhom jinnegozjaw għal diversi xhur.

Il-President ta’ Valletta Football Club Victor Sciriha, kien akkumpanjat mill-Viċi President tal-klabb Alexander Fenech iktar kmieni llum f’Dubai fejn ħabbar uffiċjalment dak li fi kliemu hu ftehim storiku ma’ investituri minn dan il-pajjiż Għarbi.

Sciriha ddikjara li l-kbir għadu ġej għal Club u rringrazzja lill-investituri tal-paċenzja li ħadu waqt in-negozjati. Sciriha tenna li l-proċess ħa ftit fit-tul għaliex hu ried li jagħmel l-affarijiet kif suppost għal ġid tal-Club.

L-investituri li se jieħdu l-kontrol ta’ 70% tal-ishma tal-Club min naħa tagħhom ħabbru li se jagħmlu minn Valletta klabb prestiġjuż b’diversi akkwisti maġġuri u li jixtiequ jaraw lil Valletta jikkompetu fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA flimkien ma’ diversi Clubs maġġuri ewropej.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Enrico Pepe, l-ex fidensur ta’ Floriana u Hamrun Spartans, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Pepe hu wieħed mill-aqwa difensuri li hawn fil-futbol Malti….

Futbol lokali

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju. TVM Sport jinsab infurmat…

Futbol lokali

Alfonso Greco, il-kowċ Taljan li fil-passat kien diġà f’Malta, se jirritorna ma’ Sliema Wanderers. Greco mistenni jasal f’Malta matul din il-ġimgħa. Greco, ta’ 51 sena, se jkun qed jieħu post…

Aktar