Futbol internazzjonali
FILMAT: ‘We Are The People’…id-diska uffiċjali tal-EURO 2020

Fis-sigħat li għaddew ħarġet id-diska uffiċjali tal-EURO 2020.

Jisimha, ‘We are the People’, hu hi produzzjoni tad-dj u producer Olandiż, Martin Garrix.

Garrix, ta’ 25 sena, qal li jispera li bis-saħħa tal-mużika tiegħu u ta’ din id-diska se jkun qed iġib ferħ wara xhur sħaħ ta’ diffikultà u tbatija li laqtet id-dinja, kawża tal-pandemija tal-COVID-19.

Fid-diska jieħdu sehem il-kantant Bono tal-U2 u David Howell Evans, magħruf aħjar bħalha ‘The Edge’.

Id-diska nstemgħet għall-ewwel darba lbieraħ filgħaxija mal-ħajt ta’ naħa ta’ barra ta’ Wembley Stadium ta’ Londra, fejn fih se jintlagħbu tmien partiti, fosthom is-semifinali u l-finali tal-EURO 2020.

Għall-ewwel darba fl-Istorja, il-kampjonat Ewropew se jkun qed jintlagħab fi 11-il pajjiż differenti madwar l-Ewropa.

L-ewwel partita tal-EURO 2020 tintlagħab fi Stadio Olimpico ta’ Ruma fil-11 ta’ Lulju bejn l-Italja u t-Turkija u l-finali tintlagħab fil-11 ta’ Lulju.

L-istazzjonijiet tal-Public Broadcasting Services se jkunu qed ixandru l-partiti kollha diretti tal-EURO 2020.

Miktub minn...
TVM Sport