Futbol lokali
Finali FA Trophy – Floriana – Sliema W, illum fil-5.00pm, diretta fuq TVM2

RAPPORT – Rodney Vassallo

Finali FA Trophy
Floriana – Sliema Wanderers
Is-Sibt fil-5pm – Stadium Nazzjonali
DIRETTA fuq TVM2
Floriana kontra Sliema Wanderers, dwell mistenni bejn dawn iż-żewġ rivali antiki li se jissieltu kontra xulxin fil-Finali tal-FA Trophy qabel ma jinżel is-separju fuq staġun ieħor tal-football lokali.

Il-kowċ ta’ Floriana Giovanni Tedesco għamilha ċara li jekk jitlef din il-finali jirriżenja minnufih għaliex jammetti li jekk jiġri hekk il-miri tal-klabb dan l-istaġun ikunu fallew.

Għal John Buttigieg dan se jkun konfront diffiċli minkejja li l-Wanderers dan l-istaġun fil-kampjonat dejjem għelbu lill-Greens b’mod konvinċenti.

3-1 fl-Ewwel u t-Tieni Round, 3-0 fit-Tielet u l-aħħar round.

Il-goalkeeper Justin Haber determinat li jirbaħ l-ewwel unur tiegħu fil-karriera ma’ Floriana.

Min-naħa tiegħu il-captain ta’ Sliema Wanderers Alex Muscat semma diversi raġunijiet għalfejn hu u sħabu jinsabu motivati li jżommu l-unur li rebħu l-istaġun li għadda.

Għal Floriana din se tkun it-tnejn u tletin finali u qed ifittxu l-għoxrin suċċess tagħhom.

Għall-Wanderers it-tnejn u erbgħin finali tagħhom fl-istorja u qed iffitxu t-tnejn u għoxrin suċċess.

Kien fl-elf disa mija tlieta u disgħin l-aħħar li ż-żewġ rivali ltaqgħu fil-finali tal-FA Trophy lura 24 sena ilu – dakinhar Floriana rebħu d-double wara li fil-finali huma kienu għelbu lill-Wanderers bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Floriana kontra Sliema Wanderers – Finali tal-FA Trophy is-Sibt fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar DIRETTA fuq TVM2.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 VALLETTA…………..6 TARXIEN…………….0 Dominanza assoluta mit-tim ta’ Valletta hekk kif dawn jegħlbu lil Tarxien Rainbows bi skor ta’ 6-0. Permezz ta’ din ir-rebħa importanti, Valletta issa laħqu…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 SENGLEA A………..1 ĦAMRUN S………..3 Tlett punti u rebħa għal Ħamrun Spartana hekk kif fl-Istadium taċ-ċentenarju Hamrun għelbu lil Senglea bl-iscore ta’      3-1. Żewg timijiet…

Futbol lokali

Ir-Ritratt tal-ġurnata meħud illum fis-Centenary Stadium waqt il-logħba Senglea Athletic u Ħamrun Spartans. X’Taħsbu li huma l-pariri li qed jagħti Pietro Ghedin lil Tom Saintfiet ? Ikkumentaw fuq il-paġna ta’…

Futbol lokali

RAPPORT – Simon Farrugia  Kampjonat BOV Premier_Staġun 2017/2018 Gżira United …… 1 Balzan ……………. 2 Gzira kienu ġejjin minn rebħa fuq Ħamrun bl-iskor ta’ 4-0 filwaqt li Balzan spiċċaw l-aħħar…

Aktar