Futbol lokali
Fiorentina jirbħu l-Visit Malta Tournament

Fiorentina rebħu l-Visit Malta Tournament meta rebħu ż-żewġ logħbiet tagħhom kontra l-klabbs Maltin, Hibernians u Gżira United.

F’dan it-turnament triangulari ntlagħbu tliet logħbiet ta’ 45 minuta kull logħba, bil-klabb Taljan jispiċċa fl-ewwel post b’sitt punti segwit minn Gżira United bi tlieta u Hibernians fl-aħħar post mingħajr l-ebda punt.

Fil-logħba deċiżiva Fiorentina għelbu lil Gżira 2-0 biex aċċertaw mir-rebħ tat-turnament. Fiorentina marru minn fuq wara żewġ minuti logħob grazzi għal awtogowl ta’ Sacha Borg, u għalqu l-logħba bit-tieni gowl skorjat minn Jordan Veretout fis-17-il minuta.

Gżira kellhom xi ċansijiet ta’ skor f’saqajn Garba fl-24 minuta u ħames minuti wara xutt mill-viċin ta’ Justin Mengolo ħabat ma’ sieq il-lasta.

Fl-ewwel impenn tagħhom Fiorentina għelbu faċilment lil Hibernians 6-0. Kien Benassi li fetaħ l-iskor b’xutt sabiħ bid-dawra minn barra l-kaxxa wara sitt minuti logħob, u fis-16-il minuta Fiorentina skorjaw it-tieni gowl meta ngħataw penalty għal fawl fuq Chiesa, u l-akkwist il-ġdid tagħhom Muriel ma falliex mill-11-il metru.

Minuta wara l-istess Muriel skorja t-tielet gowl b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa u fit-23 minuta l-iskor sar 4-0 b’azzjoni tajba tal-Vjola fejn Chiesa bit-takkuna żmarka lil Thereau li mill-viċin ma falliex.

Muriel għaqqad il-hat trick b’xutt angolat fit-38 minuta u minuta mit-tmiem kien Benassi li għalaq il-festival tal-gowls bit-tieni gowl personali tiegħu u s-sitt wieħed ta’ Fiorentina.

Dan it-turnament fetaħ bl-ewwel konfront bejn iz-zewġ timijiet Maltin Gzira United u Hibernians li jinsabu fl-ewwel post tal-Kampjonat Premier. Kienu Gzira United li ħarġu rebbieħa 2-0. Wara kwarta logħob penalty favur il-Maroons li kien mogħti minn Zach Scerri li ma falliex.

It-tieni gowl ta’ Gzira wasal man-nofs siegħa logħob meta minn korner mogħti minn Zarate kien Sacha Borg li b’daqqa ta’ ras xeħet il-ballun fix-xibka.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illejla edizzjoni oħra tal-programm OFFSIDE, xandira diretta fid-8.45pm fuq TVM2. Mistiedna llejla Jonathan Caruana, captain ta’ Valletta, Gejtu Debattista, Viċi President ta’ Hamrun Spartans, Mario Muscat, Direttur Tekniku ta’ Qormi…

Futbol lokali

Hibernians…………………1 Valletta……..………………2   Fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa Valletta ħadu t-tlett punti importanti kontra Hibernians biex b’hekk issa telghu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma l-istess Hibernians b’34 punt f’logħba mimlija episodji u…

Futbol lokali

Qormi……….  1 Balzan………  3   Debutt kwiet għal Steve Pisani fir-rebħa ta’ Balzan fuq Qormi bl-skor ta’3-1. L-ewwel azzjoni tal- partita waslet wara 17 -il minuta minn Balzan meta l-akkwist…

Futbol lokali

Rebħa importanti għat -team ta Jose Borg Tarxien hekk kif dawn it tlett punti rawhom jitilgħu jokkupaw it tmien post fil klassifika premier kif ukoll jaqbzu lil St Andrews. Bla…

Aktar