Atletika
Fir-Russja: Il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Atletika taħtar President ġdid

Il-Federazzjoni nazzjonali tal-atletika, li hi sospiża minn kull attività minħabba doping relatat mal-atleti tagħha, ħatret President ġdid.

Pyotr Ivanov, ta’ 50 sena, li kien il-kap tal-Federazzjoni tat-triathlon, qal li se jkun qed jaħdem biex l-atleti Russi jerġgħu jiksbu l-kredibbiltà mad-dinja sportiva kollha.

Il-federazzjoni kienet sospiża fl-2015 wara rapport ikkumissjonat mill-WADA li kien sab evidenza ta’ doping fl-atleti Russi u persuni viċin tagħhom.

Il-federazzjoni Russa tibqa sospiża sal-1 ta’ Marzu li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport