Fir-Russja qed jilagħbu l-futbol fit-tajn

Fil-majjistral tar-reġjun ta’ Leningrad fir-Russja, diversi plejers tal-futbol ħallew warajhom il-grawnds li s-soltu jilagħbu fihom, u minflok qegħdin jilagħbu ġo speċi t’għaddajjar kbar mimlija tajn li jilħqilhom s’għarkupptejhom. Dan it-tip ta’ futbol qiegħed iħallihom eżawriti, maħmuġin, imma fuq kollox qegħdin jispiċċaw jidħku ħafna.

B’kollox hemm disa’ timijiet li qegħdin jieħdu sehem, fi sport li oriġina fil-Finlandja u jintuża’ b’mod speċjali sabiex l-atleti jitħarrġu minħabba l-iskiing. Skont l-organizzatur ta’ dawn it-tournaments, Anatoly Sergeyev qal li l-partitarji tal-futbol qed ikunu jistgħu jaraw kollox mill-istands u skont diversi plejers, permezz ta’ dat-tip ta’ futbol, mhux biss qed jitħarrġu aħjar fiżikament, imma anke l-ġilda tagħhom qed tmur għall-aħjar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo mmexxi minn Karl Izzo, illum jilgħab kontra l-Islovakkja, f’partita għat-13 jew l-14-il pożizzjoni f’dan il-Kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Barcelona, fi Spanja. Malta s’issa kella…

Formula 1

Sebastian Vettel fuq il-karozza Ferrari għamel l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali tal-lum u se jkun qed jitlaq mill-Pole Position tal-Grand Prix ta’ għada f’Hockenheim fil-Ġermanja. Vettel iddomina dawn il-provi uffiċjali bil-kontra…

Triathlon

Midalja tal-Fidda għal Hannah Pace fil-Kampjonati Ewropej tal-Triathlon f’Tartu, fl-Estonja. Pace rebħet din il-midalja fid-distanza standard ta’ 1.5km għawm, 40km rota u 10km ġirja. Pace li kienet qeda tikkompeti fil-Grupp…

Aktar