Futbol internazzjonali
Fl-Awstrija: LASK immultati €75,000 u penalizazzjoni ta’ 6 punti wara li l-plejers kisru l-Liġi tad-distanza waqt it-taħriġ

Il-leaders tal-kampjonat Awstrijakk, LASK, ġew immultati €75,000 u tnaqqsulhom sitt punti wara li kissru l-Liġi tad-distanza waqt it-taħriġ.

Il-kampjonat Awstrijakk se jkompli fit-2 ta’ Ġunju hekk kif jintemm il-lockdown fil-pajjiż.

Dawn il-penalizazzjoni ta’ punti se jfissru li LASK se jitilfu l-ewwel post tal-klassifika, b’Salzburg li issa qabżuhom.

L-awtoritajiet tal-futbol fil-pajjiż ħadu l-passi dixxipplinarji wara li deher filmat tal-plejers waqt it-taħriġ bil-gruppi tal-plejers li kellu aktar minn sitt plejers.

LASK qalu li se jkunu qed jappellaw minn din is-sanzjoni.

Il-kampjonat Awstrijakk fadallu 10 partiti x’jintlagħbu u l-kampjonat se jkompli mingħajr partitarji.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Futbol internazzjonali

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer. Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn…

Aktar