Futbol internazzjonali
Fl-Ingilterra: Allegri jgħid “iva” lil Chelsea, Arsenal f’taħdidiet ma’ Ancelotti

Chelsea FC, il-klabb ta’ Londra diġà għandu Manager ġdid lest hekk kif issa ħarġet fl-apert li possibbilment, dan se jkun l-aħħar staġun ta’ Antonio Conte.

Roman Abramovich, sid il-klabb diġà għandu ftehim mal-kowċ attwali ta’ Juventus, Massimiliano Allegri.

L-aħbar ħarġet ftit tas-sigħat ilu fil-media Ingliża u kienet segwieta mill-media Taljana.

Rapporti qegħdin jgħidu li Abramovich togħġbu ħafna s-sistema tal-logħba Taljana u għalhekk irid ikun ċert li jkun hemm kontinwità hekk kif Conte jiddeċiedi jieqaf mill-impjieg tiegħu.

Minkejja li l-ex kowċ tat-tim nazzjonali Taljan fadallu kuntratt sas-sajf tal-2019, kollox qed jindika li r-relazzjoni bejnhu u d-diriġenza tal-Blues marret xi ftit għall-agħar fl-aħħar ġimgħat.

Allegri, min-naħa tiegħu, fadallu kuntratt sal-2020 iżda qed jidher ukoll li l-President Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Giuseppe Marotta jistgħu jilħqu ftehim biex mis-sajf li ġej kulħadd jinħall mill-kuntratt.

Fl-istess ħin, ħarġet ukoll l-aħbar li Arsenal bdew taħdidiet ma’ Carlo Ancelotti.

L-ex kowċ ta’ Bayern Munich jinsab interessat fl-offerta li qed jagħmlu l-Gunners u jekk kollox iseħħ kif pjanat, Ancelotti se jkun qed jibdel lil Arsene Wenger wara diversi snin.

Din l-aħbar tkompli toqtol kull possibbiltà li Ancelotti jirritorna fl-Italja jew li saħansitra jieħu f’idejh it-tim nazzjonali Taljan fix-xhur li ġejjin.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti interessanti li ntlagħbu llum: Fid-derby ta’ Londra, draw ta’ mingħajr gowls bejn West Ham u Chelsea f’partita li minkejja li t-tim ta’ Sarri kellu l-aktar…

Futbol internazzjonali

Gianni Infantino, President tal-FIFA, qal lill-kowċis minn madwar id-dinja kollha li l-VAR li ġiet introdotta fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet se tibqa’ tintuża fil-kompetizzjonijiet futuri tal-FIFA fis-snin li ġejjin. Infantino kien…

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Erba’ partiti li ntlagħbu l-Ħadd wara nofsinhar mill-ħames ġurnata. Napoli ħadu rebħa tajba u importanti meta barra minn darhom għelbu lil Torino bi skor ta’ 3-1….

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultati mis-6 ġurnata Fulham 1 – 1 Watford Burnley 4 – 0 AFC Bournemouth Cardiff City 0 – 5 Manchester City Crystal Palace 0 – 0…

Aktar