Futbol internazzjonali
Fl-Ingilterra: Arsene Wenger jingħata l-unur “Legend of Football”

L-ex manager ta’ Manager Arsene Wenger ġie onorat bil-premju “Legend of Football” matul serata li saret ilbieraħ filgħaxija fin-North London Club.

Wenger ingħata dan ir-rikonoxximent wara 20 sena manager.

Wenger qal li se jibqa’ japprezza għal ħajtu kollha l-fiduċja li tawh Arsenal u l-passjoni għal-logħba tal-futbol li teżisti fl-Ingilterra.

Fl-aħħar xhur, Wenger kien qed jissemma li jista’ jingħata impjieg mal-FIFA iżda min-naħa tiegħu baqa’ ma żvela xejn dwar dan.

Diversi protaginisti oħra bħal Sir Alex Ferguson u l-plejers Thierry Henry u Ian Wright kienu fost dawk li faħru l-ħidma ta’ matul il-karriera ta’ Arsene Wenger.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-futbol tal-Bulgarija Borislav Mikhailov rrenżenja wara li qam furur dwar abbuż razzjali waqt il-logħba ta’ kwalifikazzjoni bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra f’Sofia. Il-partita li ntrebħet mill-Ingilterra bl-iskor ta’ sitta…

Futbol internazzjonali

Illejla tiġi fi tmiemha ġurnata oħra tal-fażi tal-gruppi għall-UEFA Euro 2020, fejn jerġa’ jidħol fl-azzjoni t-tim nazzjonali Malti, b’logħba away kontra l-Gżejjer Faroe. Il-logħob tal-lejla huwa dan: GRUPP D 20:45…

Futbol internazzjonali

L-attakant tas-Senegal u ta’ Liverpool Sadio Mané tkellem dwar l-għajnuna li qiegħed jagħti lil pajjiżu u pajjiżi oħra Afrikani. F’intervista li kellu mal-kamra tal-aħbarijiet NsemWoha.com, Mané saħaq li għalih mhuwiex…

Aktar