Tazza tad-Dinja 2018
Fl-Ingilterra: Harry Kane jinħatar captain tat-tim nazzjonali

Harry Kane, l-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, inħatar captain tat-tim nazzjonali Ingliż.

Kane se jkun qed imexxi lill-Ingilterra għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.

L-aħbar ingħatat minn Gareth Southgate, Manager tat-tim nazzjonali Ingliż.

Kane, ta’ 24 sena, skurja 41 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha ma’ Tottenham fl-istaġun li għadu kemm intemm.

“Harry għandu kwalitajiet eċċellenti,” qal Southgate, ilbieraħ filgħaxija, li fl-istess ħin ħabbar l-iskwadra tal-Ingilterra.

Kane kien diġà captain għal darba mat-tim nazzjonali, kontra l-Iskozja fil-partita ta’ kwalifikazzjoni li ntemmet 2-2 u li fiha kien ġab il-gowl tad-draw lejn l-aħħar tal-konfront.

F’kumment li ta, Kane qal li jinsab eċċitat għal din it-Tazza tad-Dinja u mixtieq biex jesperjenza l-valur ta’ din il-kompetizzjoni.

“Li se nkun il-captain tat-tim hi xi ħaġa speċjali għalija,” temm Kane.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mis-Serie A: Juventus ġew matematikament dikjarati Champions tas-Serie A wara li llum riedu minn tal-inqas punt f’darhom fl-Allianz Stadium kontra Fiorentina. Juventus rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Skorers f’dan il-konfront wara sitt…

Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Futbol internazzjonali

Illejla, Juventus jistgħu jsiru ċampjins fl-Italja għat-tmien staġun konsekuttiv meta fl-Allianz Stadium jilqgħu lill-Fiorentina. Dan ser ikun il-35 Scudetto li l-bianconeri ser ikunu rebħu fl-istorja tagħhom, u wara t-telfa kontra…

Aktar