Oħrajn
Fl-Ingilterra: Il-plejers tal-cricket jirritornaw għat-taħriġ mill-ġimgħa d-dieħla

Il-plejers tal-cricket tal-Ingilterra se jibdew bit-taħriġ individwali mill-ġimgħa d-dieħla. Dan se jkun l-ewwel pass biex jerġgħu lura fl-azzjoni wara l-waqfa minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-plejers se jkunu obbiligati jinqasmu fi gruppi ma’ kowċ, fiżjoterpista u fejn hu possibbli tabib ma’ kull grupp.

Ashley Giles Direttur tal-Assoċjazzjoni nazzjonali tal-cricket fil-pajjiż qal li dawn huma passi tentattivi biex jerġa’ jibda l-isport tagħhom ukoll.

Il-kampjonati tal-cricket fl-Ingilterra mistennija jkomplu mill-1 ta’ Lulju li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport