Futbol internazzjonali
Fl-Ingilterra: L-aħħar ‘chewing gum’ ta’ Sir Alex Ferguson bħala Manager ta’ Manchester United jinbiegħ għal €450,000

L-aħħar ‘chewing gum’ li kellu f’ħalqu Sir Alex Ferguson meta kien Manager ta’ Manchester United inbiegħ għas-somma ta’ €450,000.

Sir Alex Ferguson kien Manager ta’ Manchester United għal 1,500 partita u dam 26 sena fil-kariga.

Il-media fl-Ingilterra qed tgħid li kemm dam f’din il-kariga, Ferguson uża minn tal-inqas 3,000 pakkett ‘chewing gum’.

Il-Manager Skoċċiż kien imdorri biċ-‘chewing gum’ f’ħalqu f’kull partita u ma kienx hemm immaġini waħda tiegħu televiżiva li ma nqabadx jomgħod.

Il-media fl-Ingilterra qed tirraporta wkoll li kienet tinduna li Ferguson ikun nervuż waqt partita mill-mod kif kien jomgħod iċ-‘chewing gum’, jekk hux b’aggressività jew le.

L-aħħar partita ta’ Ferguson kienet fil-Hawthorns Stadium fid-19 ta’ Mejju 2013 kontra West Brom u r-riżultat finali kien ta’ 5-5.

Jidher li ċ-‘chewing gum’ li kellu f’ħalqu Sir Alex ramieh x’imkien fil-viċin tal-partitarji u wieħed minnhom ħa filmati tiegħu jiġbru u tefgħu għal bejgħ fuq ebay.

Jidher li ħafna partitarji ta’ Sir Alex kienu ddisprati għall-aħħar ‘chewing gum’ tiegħu tant li għalih inġabret is-somma msemmija hawn fuq.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali…

Futbol internazzjonali

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt…

Futbol internazzjonali

Illum jibda l-kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena li se jsir fl-Iskozja. Fi Grupp A hemm l-Iskozja, l-Olanda, in-Norveġja u Franza. Fi Grupp B hemm l-Ingilterra, il-Belġju, Spanja u…

Futbol internazzjonali

Jista’ jkun li fl-aħħar mill-aħħar il-goalkeeper Spanjol ta’ Manchester United David De Gea ser jibqa’ f’Old Trafford. Wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni dwar il-futur tal-goalkeeper Spanjol, il-manager Ole Gunnar Solksjaer…

Aktar