Futbol internazzjonali
Fl-Ingilterra: Manchester United b’nuqqas fil-profitti minħabba l-UEFA Champions League

Manchester United irrapurtaw nuqqas sostanzjali fid-dħul tagħhom b’19% minħabba n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-UEFA Champions League.

It-dħul ta’ Manchester United fl-istaġun li għadda kien 168 miljun lira sterlina mentri dak tas-snin preċedenti kien jaqbeż il-180 miljun.

Għal dan l-istaġun, il-manager tar-Red Devils Ole Gunnar Solskjaer qed jibbaża fuq diversi żgħażagħ fit-tim biex iwasslu lill-klabb għall-pożizzjoni finali fil-klassifika li tikkwalifikahom għal din l-aktar kompetizzjoni prestiġġjuża fid-dinja fuq livell ta’ klabb.

Manchester United jinsabu fil-ħames post tal-klassifika u b’ċans tajjeb li jagħmlu dan.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fir-Russja l-player ta’ Zenit St Petersburg Malcom irċieva l-unur tal-player tax-xahar għal Marzu permezz tad-drone li wassallu t-trofew dirattament fit-tieqa tal-appartament tiegħu. Malcom kellu injury twila li ħallietu barra mill-kampjonat…

Futbol internazzjonali

Fi Spanja, kriżi fl-amministrazzjoni tal-Club ta’ Barcelona. Dalgħodu permezz ta’ ittra pubblika sitt membri tal-Board tal-Club irriżenjaw wara li huma għamlu żewġ akkużi fil-konfront tal-President Josep Maria Bartomeu. Is-sitt membri…

Futbol internazzjonali

Żvolta interessanti fuq l-aħħar direttiva tal-FIFA dwar dawk il-players professjonali li se jkollhom il-kuntratt tagħhom li se jiġi fi tmiemhu fi tmiem dan l-istaġun. Il-FIFA ftit tal-jiem ilu qalet li…

COVID-19 Sports

L-ex plejer ta’ Liverpool Jamie Carragher, ingħaqad mal-ex stilel ta’ Manchester United Gary Neville u Ryan Giggs, f’messaġġi t’inkoraġġiment għal pajjiżna fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Flimkien ma’ maltatogether.com, l-ex plejers qegħdin…

Aktar