Futbol internazzjonali
Fl-Ingilterra: Raheem Sterling barra għal diversi ġimgħat minħabba injury fil-hamstring

L-attakkant ta’ Manchester City u tal-Ingilterra Raheem Sterling se jdum barra għal diversi ġimgħat minħabba injury li sofra fil-hamstring.

Din l-aħbara taha l-manager ta’ Manchester City stess, pep Guardiola.

Sterling, ta’ 25 sena, kellu jinbidel fil-partita mill-Premier League Ingliż tal-Ħadd li għadda li Manchester City tilfu kontra Tottenham Hotspur f’Londra.

Manchester City jinsabu 22 punt wara l-leaders Liverpool.

It-testijiet li saru fuq Sterling ikkonfermaw injury fil-hamstring ta’ siequ x-xellugija.

Raheem Sterling lagħab fi 23 minn 25 partita fil-kampjonat għal Manchester City f’dan l-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League meta wara qalbenija li rathom jilagħbu l-aħjar…

Zlatan Ibrahimovic hu l-aħħar vittma li ttesjta pożittiv għall-coronavirus. Ibrahimovic kellu bidu mill-aqwa għal Milan u skurja ż-żewġ gowls kontra Bologna fl-ewwel partita tas-Serie A. F’test li sar fuqu kontra…

Plejer tal-futbol fl-Estonja kiser rekord dinji hekk kif inbidel wara 13-il sekonda biss wara l-kick-off tal-partita. L-inċident seħħ lill-plejer ta’ 16-il sena Lauri Supp tat-tim ta’ Kalju li kienu qed…

Illejla Floriana jilqgħu lill-Estonjani ta’ Flora Tallinn fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fit-3 Round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-kowċ ta’ Floriana Enzo Potenza għamilha ċara…

Aktar