Futbol internazzjonali
Fl-Ingilterra: West Ham għandhom tmien plejers bis-sintomi tal-coronavirus

Il-klabb Ingliż ta’ West Ham għandu tmien plejers li fil-mument bdew iħossu sintomi tal-coronavirus.

Karren Brady, il-Viċi Chairman tal-klabb, ikkonfermat din l-aħbar mal-gazzetta Ingliża The Sun.

Minkejja din l-aħbar, il-Hammers baqgħu ma żvelawx ismijiet il-plejers.

Brady qalet li dawn it-tmien plejers, flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, qed isofru minn dawn is-sintomi u jinsabu maqfula f’darhom.

Iktar kmieni dan ix-xahar, David Moyes, manager ta’ West Ham kien għamel 15-il ġurnata kwarantina wara li kien ġi f’kuntatt mal-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta li kien instab pożittiv.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Luttu gravi fil-familja Gattuso. Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Francesca Gattuso, li tiġi oħt il-kowċ ta’ Napoli u ex plejer ta’ AC Milan Gennaro Gattuso. Hi kellha 37 sena….

Futbol internazzjonali

Ralph Hasenhuttl, il-Manager ta’ Southampton, ġedded il-kuntratt ma’ Southampton b’erba’ snin oħra sal-2024. Il-Manager ta’ 52 sena ilu fil-kariga għal 16-il xahar wara li kien bidel lil Mark Hughes f’Diċembru…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Odion Ighalo estenda l-kuntratt tiegħu ta’ self ma’ Manchester United sa Jannar 2021. Ighalo, ta’ 30 sena, ingħaqad mar-red Devils f’Jannar li għadda mingħand Shanghai Shenhua fiċ-Ċina. L-ewwel kuntratt…

Futbol internazzjonali

Il-plejers Afrikani tal-futbol jinsabu għaddejjin b’kampanja madwar id-dinja li fiha qed juru l-appoġġ għal George Floyd, ir-raġel li nqatel waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest mal-art minn Derek Chauvin,…

Aktar