Futbol internazzjonali
Fl-Ingilterra: West Ham ineħħu lil Manuel Pellegrini

Ftit wara t-telfa tal-bieraħ filgħaxija ta’ West Ham f’darhom kontra Leicester City, il-klabb ta’ Londra ddeċieda li jneħħi lill-Manager tiegħu Manuel Pellegrini.

West Ham tilfu f’darhom bi skor ta’ 2-1.

Pellegrini ngħata l-aħbar proprju fil-London Stadium ftit wara li ntemmet il-partita.

Il-Hammers jinsabu pożizzjoni waħda biss bogħod miż-żona relegazzjoni fis-17-il post.

David Sullivan, wieħed mid-Diretturi tal-klabb qal li kellha tittieħed din id-deċiżjoni sfurzata għal ġid tat-tim, anki jekk kontra qalb kulħadd.

Miktub minn...
TVM Sport