Futbol internazzjonali
Fl-Iran jipprotestaw kontra d-dħul tan-nisa fl-istadiums

Protesta f’Tehran, l-Iran, matul il-ġurnata tat-Tnejn dwar l-attendenza tan-nisa fl-istadiums. Nhar il-Ħamis li ġej huwa mistenni li fil-logħba bejn l-Iran u l-Kambodja, in-nisa jitħallew jidħlu fl-istadium sabiex isegwu l-konfront. Il-gvern Iranjan diġa’ wiegħed lill-FIFA li n-nisa ser jitħallew jidħlu fil-grawnd, u ser ikun hemm żoni apposta fejn in-nisa ser ikunu jistgħu jaraw il-logħba.

Din id-deċiżjoni ma niżlitx tajjeb ma’ kulħadd, tant li persuni reliġjożament konservattivi pprotestaw quddiem il-Parlament għaliex ma jridux li n-nisa jitħallew jidħlu fl-istadium. In-nisa Iranjani ilhom sa mill-1979 ma jistgħux jersqu lejn grawnd tal-futbol, riżultat tar-rivoluzzjoni Iżlamika f’dan il-pajjiż.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Portugall ħabbret b’mod uffiċċjali li l-aħħar logħba ta’ ħbiberija qabel il-Euro 2020 ser tintlagħab kontra Malta nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju. Il-Portugall ser jiddebuttaw f’Budapest nhar is-Sibt 16…

Futbol internazzjonali

Erba’ partiti mill-kampjonat Taljan Serie A skjedati llum ġew sospiżi minħabba l-coronavirus. Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet li ta lbieraħ. Il-partiti sospiżi huma Torino – Parma,…

Futbol internazzjonali

Chelsea għelbu lil Tottenham Hotspur fil-partita li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata. Il-Blues fil-vantaġġ b’gowl ta’ Olivier Giroud wara kwarta logħob. Chelsea jirduppjaw b’gowl ta’ Marcos Alonso mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Tottenham jiskurjaw…

Futbol internazzjonali

L-ex Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke u ċ-chairman tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni BeIN, Nasser Al-Khelaifi tressqu l-Qorti dwar frodi u korruzzjoni fid-drittijiet tal-televiżjoni marbuta ma’ diversi edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet….

Aktar