Futbol internazzjonali
Fl-Iskozja: Il-Prim Ministru Nicola Sturgeon ottimista li jiddaħħlu l-partitarji f’Hampden Park għall-EURO 2020

Il-First Minister ta’ Skozja, Nicola Sturgeon, qalet li tinsab ottimista li numru sabiħ ta’ partitarji se jitħallew jattendu għall-partiti tal-kampjonat Ewropew ta’ dan is-sajf li se jkunu qed jintlagħbu fil-pajjiż.

Hampden Park ta’ Glasgow se jkun qed jilqa’ fih 3 partiti ta’ Grupp D u partita mill-fażi tal-aħħar 16.

Il-federazzjoni tal-futbol Skoċċiża ħejjiet pjan dwar ir-ritorn lura tal-partitarji, liema pjan diġà għaddietu lill-UEFA.

L-Iskozja tilgħab l-ewwel partita tal-EURO 2020 kontra r-Repubblika Ċeka fl-14 ta’ Ġunju.

Fi Grupp D hemm ukoll l-Ingilterra u l-Kroazja.

Il-kampjonat Ewropew se jsir mill11 ta’ Ġunju sal-11 ta’ Lulju.

 

Miktub minn...
TVM Sport