International Sports
Fl-Istati Uniti: Flus lura jew uża l-biljett li xtrajt għall-Olimpjadi s-sena d-dieħla

Dawk fl-Istati Uniti li xtraw il-biljetti biex jattendu għal xi avveniment tal-Olimpjadi li kellhom jibdew f’Lulju li ġej se jkollhom l-opportunità u l-opzjoni biex jużawhom is-sena d-dieħla jew jieħdu flushom lura.

Il-kumpanija CoSport, l-uniku waħda awtorizzata mill-bejgħ tal-biljetti fl-Istati Uniti għall-Olimpjadi, bagħtet email lix-xerrejja kollha tal-biljetti u tagħthom dan iċ-ċans biex jagħżlu dak li hu l-aħjar għalihom.

CoSport qalu li f’ċirkostanzi bħal dawn iridu jgħinu lill-klijenti tagħhom u kien għalhekk li ħassew li għandhom jagħtu ċ-ċans li persuna tieħu lura dak li ħallset.

It-Tlieta li għadda, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, ħabbar li l-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020, skedati li jibdew f’Lulju li ġej, se jimxu għas-sajf tal-2021.

CoSPort hi l-ewwel kumpanija madwar id-dinja awtorizzata li tbiegħ il-biljetti tal-istadia tal-avvenimenti tal-Olimpjadi li tagħat din l-opportunità lill-klijenti tagħha.

Id-dħul totali tal-biljetti tal-istadia mistenni jlaħħaq it-800 miljun dollaru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-Eks Champion Olimpiku tal-100m sprint l-Amerikan Justin Gatlin qal li jemmen li sena oħra waqt l-Olimpijadi ta’ Tokyo li issa ġew posposti għas-sena d-dieħla jemmen li jista’ jirbaħ il-finali sprint…

International Sports

L-Olimpjadi 2020 li kellhom jibdew fl-24 ta’ Lulju li ġej f’Tokjo, issa mxew għall-2021. Iktar kmieni, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe kien għamel din it-talba lil Thomas Bach, President tal-Kumitat…

International Sports

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe talab lil Thomas Bach, President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex l-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 isiru s-sena d-dieħla flok fis-sajf li ġej. Il-Ministru Olimpiku tal-Ġappun ukoll qalet…

International Sports

L-organizzaturi tal-Olimpjadi tas-sajf li ġej, avżaw li bħalissa, l-ebda soluzzjoni li tittieħed ma tkun ideali u li kollox se jibqa skjedat b’mod normali. L-atleti ta’ pajjiżi differenti huma inkwetati ferm…

Aktar