Futbol internazzjonali
Fl-Italja: Andrea Agnelli u Fabio Paratici jsejħu lil Maurizio Sarri dwar il-futur ta’ Juventus

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun.

Jidher li din il-laqgħa saret waqt ikla f’ristorant fiċ-ċentru ta’ Turin, ‘Il Bastimento’.

Il-media Taljana qed tirraporta li kien il-President ta’ Juventus li ried din il-laqgħa mal-kowċ tiegħu biex jara jekk hemmx problema ma’ xi plejers u għalfejn it-tim mhux qed jilgħab u jiffunzjona tajjeb kif kien sal-istaġun li għadda.

Agnelli u Paratici m’humiex kuntenti bil-forma li għaddejja l-iskwadra bħalissa. Juventus iridu jilagħbu partiti importanti fil-kampjonat kontra Inter u Lazio fil-ġimgħat li ġejjin u s-semifinali tal-Coppa Italia l-Ħamis li ġej kontra Milan. Aktar minn hekk, il-partita mill-UEFA Champions League kontra Lyon ta’ Franza tinsab viċin ukoll.

Jidher li Agnelli reġa’ wera fiduċja f’Maurizio Sarri iżda għamilha ċara li ma jistgħux isiru aktar żbalji u li hemm mod u mod kif titlef partita.

Sezzjonijiet tal-media qed isostnu l-possibbiltà tar-ritorn ta’ Massimilliano Allegri.

Madankollu, jidher li dan l-istaġun, Juventus se jispiċċawh b’Sarri u jekk issir il-bidla se tkun fis-sajf li ġej.

Jiddependi biss mill-wirjiet u mir-riżultati li jakkwista t-tim fl-aħħar tal-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar