Futbol internazzjonali
Fl-Italja: Arrestat il-Kap tal-Ultras tal-Curva Nord ta’ Inter FC

Marco Piovella, il-kap tal-Ultras tal-Curva Nord ta’ Inter FC, ġie arrestat fis-sigħat li għaddew.

Piovella kien involut fil-ġlied ta’ qabel il-partita bejn Inter u Napoli u għal ħafna drabi kien tressaq il-Qorti mill-Awtoritajiet Ġudizzjarji fl-Italja, akkużat bi vjolenza f’okkażjonijiet sportivi.

Qabel il-partita bejn Inter u Napoli li ntlagħbet f’San Siro u li n-Nerazzurri rebħu bi skor ta’ 1-0, qam inkwiet u ġlied kbir tant li ħallew vittma lill-partitarju Daniele Berardinelli.

Piovella twieled fl-1984 u hu wieħed mil-leaders tal-Curva Nord fejn ikunu l-Ultras ta’ Inter FC, b’mod partikolari il-‘Boys San’.

Hu qed ikun akkużat li kien wieħed mill-imħuħ tal-inċidenti li seħħew qabel il-partita.

Piovello qed ikun assistiet mill-Avukat Mirko Perlino u diġà ammetta li kien fil-post fejn seħħ l-inċident fatali, iżda ċaħad li kellu x’jaqsam mal-ġlied li qam u mal-mewt ta’ Berardinelli.

Miktub minn...
TVM Sport