Fl-Italja: Ashley Young isir plejer ta’ Inter

Inter iffirmaw lill-plejer Ingliż u captain ta’ Manchester United Ashley Young. Id-difensur ingħata sitt xhur kuntratt b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor.

Young se jkun qed jingħaqad ma’ Romelu Lukaku u Alexis Sanchez li fil-passat lagħbu flimkien mar-Red Devils.

Rapporti fl-Ingilterra qed isostnu li Inter ħallsu miljun u nofs euro biex akkwistaw lill-plejer.

Young, ta’ 34 sena, kien se jintemmlu l-kuntratt ma’ Manchester United fi tmiem l-istaġun.

Young kien beda l-karriera tiegħu ma’ Watford u lagħab ukoll ma’ Aston Villa.

Mal-Ingilterra, Young lagħab 39 darba.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke u ċ-chairman tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni BeIN, Nasser Al-Khelaifi tressqu l-Qorti dwar frodi u korruzzjoni fid-drittijiet tal-televiżjoni marbuta ma’ diversi edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet….

Futbol internazzjonali

L-akkwist il-ġdid ta’ Barcelona Martin Braithwaite ammetta li ħassu sorpriż meta sar jaf li ċ-champions Spanjoli riedu jakkwistawh. L-attakkant tad-Danimarka ffirma erba’ snin kuntratt ma’ Barcelona minn ma’ Leganes wara…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-futbol fil-Brażil inawgurat statwa tal-leġġenda Pele fil-kwartieri tagħhom. Din l-istatwa hi waħda minn sensiela ta’ avvenimanti li l-federazzjoni se tkun qed tiċċelebra l-50 anniversarju bihom f’Ġunju li ġej. Pele,…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-9pm_l-ewwel legs fażi tat-32 APOEL Nicosia 0 – 3 Basel Rebħa komda f’Ċipru għal Basel 3-0 ma’ APOEL Nicosia, żvizzeri fil-vantaġġ mal-kwarta logħob minn Raoul…

Aktar