Futbol internazzjonali
Fl-Italja: Gianluigi Buffon se jġedded il-kuntratt għal staġun ieħor

Il-media fl-Italja qed tirraporta li l-gowlkiper ta’ Juventus Gianluigi Buffon se jġedded il-kuntratt tiegħu maċ-champions Taljani b’sena oħra.

B’hekk Buffon, se jibqa’ żgur plejer ta’ Juventus sa tmiem l-istaġun tal-2021.

L-aqwa gowlkiper fl-Istorja tal-futbol, hekk kif inhu meqjus minn ħafna, għamel karriera sħiħa ma’ Juventus, sakemm mar għal staġun fi Franza ma’ Paris St Germain u reġa’ rritorna f’daru fil-bidu tal-istaġun. Buffon kien beda l-karriera tiegħu ma’ Parma.

Minkejja dan, il-gowlkiper regolari ta’ Juventus fil-mument huwa l-Pollakk Wojciech Szczęsny.

F’dawn il-jiem, Buffon għamel diversi appelli biex il-persuni jibqgħu f’darhom fl-Italja u qed jgħin ukoll finanzjarjament lil diversi fondazzjonijiet kontra l-coronavirus.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Jekk kontu taħsbu li l-football kollu madwar id-Dinja jinsab wieqaf sejrin żbaljati għaliex fl-Ewropa eżattament fil-Belarus il-kampjonat tal-ogħla diviżjoni għadu għaddej. Bit-teams ta’ BATE Borisov u Dinamo Minsk l-iktar popolari…

Futbol internazzjonali

Il-players tal-football fil-Brażil se jkollhom vaganza twila kollox imħallas tal- inqas għal tliet ġimgħat minħabba l-coronavirus. Kollox qed jindka li l-Football fil-Brażil jinsab ukoll affetwat bil-virus u l-kampjonati jidher li…

Futbol internazzjonali

Il-Club tal-Premier Ingliż Manchester City se jkunu qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-NHS (National Health Service) parti sostanzjali tal-Etihad Stadium. Bħala parti mill-għajnuna li Manchester City se jkunu qed jagħtu lill-NHS se…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin għamilha ċara għall-ewwel darba kemm ilha li li ggravat il-kriżi COVID-19 bil-konsegwenza li waqfu l-kampjonati domestiċi li jekk dawn ma jistgħux jitkomplu sa Ġunju jistgħu jkunu dikjarati…

Aktar