Futbol internazzjonali
Fl-Italja: Il-kummentatur Luciano Passirani jitkeċċa mill-istazzjon Top Calcio 24 minħabba kummenti razzisti fuq Romelu Lukaku

Luciano Passirani, il-kummentatur u ġurnalist fuq l-istazzjon Top Calcio 24, tkeċċa minħabba kummenti razzisti li għadda s-Sibt filgħaxija wara l-partita li fiha Inter għelbu lil Udinese bi skor ta’ 1-0.

Fil-programm ta’ wara l-partita, Passirani għadda kummenti koroh ħafna u razzisti fuq l-attakkant Belġjan ta’ Inter Romelu Lukaku, liema kummenti ma ħallewx alternattiva oħra milli juruh it-triq ’il barra mill-istazzjon.

“Lukaku plejer kbir u m’hawnx bħalu. Għalija wieħed mill-aqwa fid-dinja. Meta tiġi wieħed ma’ wieħed miegħu bis-saħħa li għandu joqtlok. Jew se tagħtih jiekol il-banana jew…”

Il-filmat ta’ Passirani jgħid dawn il-kummenti jinsab idur fuq il-media soċjali madwar id-dinja.

Minkejja li prova jirranġa dan l-iżball ftit ħin wara billi qal li kienet ċajta, dan ma waqqafx lid-Direttur tal-istazzjon Fabio Ravezzani milli jinfurmah li kien qed iwaqqfu immedjatament mill-impenji televiżivi tiegħu.

Fl-aħħar xhur u snin, il-UEFA u l-FIFA bdew kampanji kbar biex iwaqqfu l-problema tar-razziżmu li teżisti fl-isport.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-plejers Afrikani tal-futbol jinsabu għaddejjin b’kampanja madwar id-dinja li fiha qed juru l-appoġġ għal George Floyd, ir-raġel li nqatel waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest mal-art minn Derek Chauvin,…

Futbol internazzjonali

Il-partitarji fid-Danimarka qed isegwu l-logħon fuq skrins kbar fil-car parks. FC Midtjylland qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex il-partitarji tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-logħob tat-tim, u f’parkeġġ li jesa’ 12,000…

Futbol internazzjonali

FC Koln 2   RB Leipzig 4 RB Leipzig irritornaw fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa barra minn darhom għand FC Koln bl-iskor ta’ 4-2. Meta fadal ħames logħbiet għal tmiem il-kampjonat, RB…

Futbol internazzjonali

Futbol fi Spanja: Real Madrid ikkonfermaw li se jkun u qed jilagħbu l-kumplament tal-logħbiet li fadal meta jitkompla l-kampjonat fil-11 ta’ Ġunju fl-Istadium takl-bażi ta’ taħriġ tagħhom fl-Estadio Alfredo di…

Aktar