Futbol internazzjonali
Fl-Italja: Imut Benito Sarti, ex plejer ta’ Juventus

Wara l-mewt ta’ Anastasi, illum tħabbret ukoll il-mewt tal-ex plejer ta’ Juventus Benito Sarti.

L-ex difensur ta’ Juventus miet fl-età ta’ 83 sena.

Sarti lagħab 252 partita ma’ Juventus fi żmien John Charles, Omar Sivori u Gianpiero Boniperti bejn is-sena 1959 u l-1968.

Sarti kien iddebutta fis-Serie A ma’ Padova u lagħab ukoll ma’ Sampdoria.

Fil-karriera tiegħu, Sarti rebaħ tliet kampjonati, u tliet darbiet il-Coppa Italia.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar