Waterpolo
Fl-Italja kanċellat il-Kampjonat tal-Waterpolo A1: Ebda Champion, ħadd relegat u ħadd promoss

Il-FIN il-Federazzjoni Italiana Nuoto kkonfermat li minħabba li ma kienitx f’pożizzjoni li tkun taf meta jista’ jitkomplew il-kampjonati A1 u A2 minħabba r-restrizzjonijiet kawża tal-COVID-19, il-Kunsill Federali ddeċida li jikanċella l-kampjonati ta’ dan l-istaġun. Il-FIN permezz ta’ komunikat iffirmat mill-President Paolo Barelli qalet li mhux se jkun assenjat ebda titlu ta’ Champion la fil-kampjonat A1 u anqas fl-A2. Il-FIN qalet li mhu se jkun hemm ebda team relegat u ebda team mhu se jiġi promoss mill-A2 għal A1 staġun ieħor.

Dawn id-deċiżjonijiet jgħoddu wkoll għall-kampjonat tan-Nisa. Rigward il-kmapjonati tal-Youths deċiżjoni finali tittieħed fil-jiem li ġejjin.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar