Futbol internazzjonali
Fl-Italja: Matthijs De Ligt isir plejer ta’ Juventus; ħames snin kuntratt bi €12-il miljun fis-sena

Matthijs De Ligt huwa plejer ta’ Juventus.

Skont il-gazzetta Olandiża ‘De telegraaf’, il-plejer, illum ma telaqx mal-iskwadra ta’ Ajax għall-pre season fl-Awstrija.

Bejn Juventus u Ajax intlaħaq ftehim fuq ċifra ta’ €70 miljun. Ajax ma kienux laħqu ftehim fuq l-ewwel ċifra ta’ €50 miljun.

De Ligt se jingħata kuntratt ta’ ħames snin bi €12-il miljun netti fis-sena.

Id-difensur Olandiż mistenni jasal f’Turin fil-jiem li ġejjin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

GRUPP A L-Ingilterra kienu diġa’ ċerti li rebħu l-grupp qabel il-logħba imma għalqu bil-kbir b’rebħa komda fil-Kosovo, filwaqt li ċ-Ċeki moħħhom kien mistrieħ li ser jikkompetu fl-EURO 2020 u spiċċaw…

Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja U17 – Finali Messiku 1   Brażil 2 Il-Brażil huma r-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja U17 meta fil-finali għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 2-1. Dan kien ir-raba’ suċċess għall-Brażiljani f’din il-kategorija, rebħa…

Futbol internazzjonali

Eluf ta’ partitarji Finlandiżi ħarġu fit-toroq jiċċelebraw il-kwalifikazzjoni storika tal-Finlandja għall-Kampjonat Ewropew tas-sajf li ġej, l-EURO 2020. Il-Finlandja għelbu lil Liechteinstein bi skor ta’ 3-0 biex aċċertaw mit-tieni post ta’…

Futbol internazzjonali

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus…

Aktar