Futbol internazzjonali
Fl-Iżvezja inawgurata statwa tal-bronż ta’ Zlatan Ibrahimovic

“Kollox hu possibbli.” Dan huwa l-ħsieb wara statwa kbira tal-bronż ta’ Zlatan Ibrahimovic. Twila 2.7 metri u tiżen 500 kilogramm, l-istatwa inkixfet quddiem il-Malmo Arena, il-belt li fiha twieled Ibrahimovic. Fil-fatt, l-istilla Żvediż kien beda l-karriera tiegħu propju ma’ Malmo FF u l-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Futbol ħasset li għandha tikkummisjona din l-istatwa tal-bronż sabiex tirregalaha lil din il-belt. L-iskultur Peter Linde kien magħżul sabiex jagħmel din l-istatwa.

Zlatan Ibrahimovic lagħab 40 logħba ma’ Malmo li fihom skorja 16-il gowl, sakemm Ajax indunaw bit-talent tiegħu u ħaduh magħhom. Minn hemmhekk huwa kellu karriera impressjonanti fejn lagħab ma’ Juventus, Inter, Barcelona, Milan u PSG.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League ingliż, fil-partita prinċiplai tal-lum draw ta’ 1-1 bejn Manchester United u Liverpool. Manchester United marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima b’goal ta’ Marcus Rashford fis-36minuta. Liverpool ġabu d-draw lejn l-aħħar…

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Balzan……….3 Tarxien……..1 Balzan jegħlbu lil Tarxien R. 3-1, rebħa li tiġi ssiġilata fl-aħħar battuti tal-partita, Balzan li kollox ma kollox ħadu pero’ rebħa meritata. Fl-14-il minuta,…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA żvelat li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fi Franza fis-sajf li għadda segwewha 1.12 biljun persuna. Minn dawk li segwew, 993.5 miljuni persuna segwewha minn fuq it-televiżjoni u dan…

Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż reġa’ telaq bil-kampanja tiegħu ‘No Room for Racism’ b’filmat li jinkludi fih plejers bħal Tammy Abraham u Raheem Sterling. Ir-razziżmu fl-isport reġa’ kien is-suġġett ta’ ħafna wara…

Aktar