Flokkijiet ġodda għal Inter …. attivi fis-suq tat-trasferimenti

Inter ippreżentaw uffiċjalment il-flokkijiet il-ġodda għall-istaġun li ġej.

Wara li l-bieraħ il-klabb nieda d-disinn il-ġdid tal-logo, kien imiss li l-klabb jippreżenta l-flokkijiet il-ġodda, li huma għal kollox innovattivi, u li żgur se jintgħoġbu mal-partitarji Interisti mxerdin mad-dinja kollha.

Bil-flokkijiet il-ġodda Inter kisru t-tradizzjoni ta’ Stripes wesgħin suwed u blu, bi flokk li fih jiddomina iktar l-iswed, b’pint stripes blu.

Fi żviluppi oħra, Inter jinsabu f’negozjati bil-għan li jsaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej.

Filawqt li l-possibilta li jiksbu lil-attakant Brażiljan eks Milan Alexander Pato qed tkompli tikber, fl-aħħar siegħat huma kkonkludew l-akkwist ta’ Yann M’Vila u Dodo.

Il-midfielder Franċiż M’Vila ingħaqad ma’ Inter mingħand Rubin Kazan, waqt li l-full back xellugi Dodo issieħeb ma’ Inter mingħand Roma, wara li dawn tal-aħħar f’dik il-posizzjoni kkonkludew l-akkwist tal-veteran Ingliż Ashley Cole.

F’perjodu xi ftit attiv għalihom bħalissa, Inter qed juru nteress qawwi ukoll fil-midfielder Ċilen li spikka fit-Tazza tad-Dinja, u li bħalissa jinsab fuq il-kotba tal-klabb tac-Championship Ingliża Cardiff City, Gary Medel.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar