Futbol lokali
Floriana FC jaħtru Kumitat ġdid għall-istaġun li ġej

Il-klabb ta’ Floriana FC ħatar Kumitat ġdid.

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali virtwali li saret dalgħodu, ġie deċiż li l-membri eletti li jmexxu lill-klabb għall-istaġun li ġej se jkunu Johann Said, Matthew Carbone, Mario Galea, Dr Jacques Grima, Stefan Sammut, Calvin Paul Sammut, Karl Azzopardi, Dr Jordan Camilleri, Dr Shazoo Ghaznavi u Edward Hector Spiteri.

Dione Borg kien ikkonfermat Segretarju Ġenerali tal-klabb.

Fil-jiem li ġejjin se jkunu deċiżi l-karigi l-oħra fil-Kumitat.

Dan il-Kumitat se jservi għall-istaġun li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport