Futbol lokali
Floriana FC jirrispondu: “Attakk malizzjuż minn Valletta FC kontra l-klabb” – Dione Borg

Floriana FC irrispondew għall-istqarrija li ntbagħtet minn Valletta FC, iktar kmieni llum u sejħu l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tagħhom bħala attakk ieħor malizzjuż kontriehom.

Dione Borg, Segretarju ta’ Floriana FC, qal li l-ittra li Valletta FC kitbu lill-MFA biex tinvestiga l-mod kif ingħataw il-liċenzja tal-UEFA hi bla bażi, b’allegazzjonijiet infundati, inkorretti u malafamanti.

Borg qal li Floriana FC preżentaw kull dokument li ntalbu mill-Bord tal-Liċenzjar tal-MFA li hu wkoll Bord tal-UEFA. Hu jsostni li biex Floriana FC ingħataw il-liċenzja, id-dokumenti tal-klabb ġew proċessati, skrutinizzati, analizzati u kkonfermati.

Is-Segretarju Ġenerali ta’ Floriana FC isostni li b’dawn l-allegazzjonijiet, Valletta FC qed jiksru l-Istatut tal-MFA u għal din ir-raġuni, il-klabb tiegħu se jkun qed iżommhom responsabbli għad-danni li jistgħu jinħolqulhom minħabba dawn l-azzjonijiet.

Dione Borg, f’isem Floriana FC, jikkonkludi li dawn l-azzjonijiet ta’ Valletta FC huma parti minn sensiela ta’ inġustizzji kontriehom f’aktar attentati bla bażi biex jippruvaw jipprojbixxu lit-tim mid-dritt li għandu li jipparteċipa fil-UEFA Champions League, bħala Champions tal-futbol Malti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Aktar