Futbol lokali
Floriana FC – Johann Said lura bħala President.. Assenjati l-irwoli l-oħra fil-kumitat

Johann Said uffiċjalment President ġdid ta’ Floriana, fl-ewwel laqgħa tal-kumitat il-ġdid ġew assenjati r-rwoli uffiċjali li se jokkupaw il-membri kollha eletti, fejn apparti Johann Said bħala President tal-klabb, l-avukat Shazoo Ghaznavi ġie maħtur Viċi President, Matthew Carbone se jservi bħala Kap Eżekuttiv tal-klabb.

Dione Borg ikkonfermat Segretarju Ġenerali, Edward Spiteri Teżorier, bħala Assistent Segretarju se jkun hemm l-avukat Jacques Grima, Calvin Sammut, assistent teżorier li se jservi wkoll bħala Direttur għar-Relazzjonijiet mal-Partitarji.

Stefan Sammut fdat bil-komunikazzjoni, Dr Jordan Camilleri l-aspett mediku f’idejħ, Karl Azzopardi Direttur għall-Affarijiet Kummerċjali u Mario Galea Direttur għan-Nursery.

Il-President ta’ Floriana Johann Said qal li jħossu ferm sodisfatt bil-kwalita ta’ persuni ġodda f’dan il-kumitat għal kollox ġdid, tenna li dan huwa sinjal qawwi ta’ fiduċja fil-klabb bil-għan li jitwettqu l-bidliet lejn mudell aktar sostennibbli għar-realta preżenti tal-football.

Miktub minn...
Rodney Vassallo