Futbol lokali
Floriana FC: Nicolas Chiesa jinħatar plejer-kowċ

Floriana fis-sigħat li għaddew ħatru lill-captain tat-tim, l-Arġentin, Nicolas Chiesa bħala plejer kowċ tagħhom.

Din il-ħatra tasal wara r-riżenja ta’ Giovanni Tedesco minn kowċ tat-tim u kienet ikkonfermata ma’ TVM Sport minn Dione Borg, Segretarju Ġenerali tal-klabb.

Fil-programm KONTRATTAKK tal-Ħadd li għadda li xxandar dirett fuq TVM2, Tedesco qal pubblikament li kien qed iħoss li m’għadux qed jitrasmetti l-messaġġ kif jixtieq lill-plejers tiegħu u kien għalhekk li ddeċieda li jwarrab.

Tedesco ħa din id-deċiżjoni wara li Floriana sfaw eliminati mill-FA Trophy kontra Naxxar Lions s-Sibt li għadda.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

BOV Super Cup 2017/18 Hibernians….0 Floriana………1 Floriana rebħu s-Super Cup għat-tieni darba fl-Istorja tagħhom, meta għelbu liċ-Champions Hibernians bl-skor ta’1-0 bil-gowl ikun skurjat fl-ewwel taqsima. Din il-finali kienet bejn ic-Champions…

Futbol lokali

Il-Goals tal-Gozo Football League l-1 Divijoni ta’ tmiem il-ġimgħa. Fil-kampjonat BOV GFL l-1 Diviżjoni: Victoria Hotspurs irritornaw għar-rebħ biex żammew il-punt vantaġġ u baqgħu bla megħluba fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu…

Futbol lokali

L-MFA ħabbret is-sospensjonijiet li ġew imposti mill-kummissarju tad-dixxiplina wara l-logħbiet tat-13 -il ġurnata tal-kampjonat BOV Premier li saru fi tmiem il-ġimgħa: Il-players sospiżi huma seba’. Ħames players weħlu sospensjoni ta’…

Futbol lokali

Hibernians għar-raba’ darba: jew Floriana għat-tieni darba. Iż-żewġ timijiet attwalment il-ħames u r-raba’ fil-kampjonat nhar l-Erbgħa jiffaċċjaw lil xulxin għall-ewwel unur tal-istaġun tal-football domestiku: il-BOV Super Cup: trofew li l-ebda…

Aktar