
Iċ-champions tal-futbol Malti, Floriana, se jmorru f’Perugia, fl-Italja, għal training camp ta’ kważi ġimgħatejn bejn it-3 u l-14 ta’ Awwissu li ġej.
Il-President ta’ Floriana Riccardo Gaucci hu personalità popolari ħafna f’din il-belt Taljana u huma proprju l-familja tiegħu li organizzaw dan it-training camp.
Missier Riccardo, Luciano Gaucci, kien President tat-tim ta’ Perugia fl-aqwa żmien tagħhom meta t-tim kien fis-Serie A.
Qabel dan it-training camp, Floriana se jkunu qed jilagħbu tliet partiti ta’ ħbiberija kontra timijiet Maltin.
Kemm idumu fl-Italja, Floriana se jilagħbu partiti ta’ ħbiberija, b’waħda minnhom li tista’ tkun saħansitra kontra t-tim tas-Serie B, Perugia.
Dan it-training se jservi ta’ preparazzjoni ftit jiem qabel l-impenn ta’ Floriana fil-UEFA Champions League.