Futbol lokali
FILMAT: Floriana jdawru telfa f’rebħa u jsaħħu l-ewwel post

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sirens FC…………1

Floriana FC………4

Floriana baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat Premier meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1.

Il-Greens kienu kapaċi jdawru telfa f’rebħa u nbidlu ferm fit-tieni 45 minuta sabiex kisbu l-ħames rebħa staġjonali.

Mal-ħames minuta, kienu Floriana li ħolqu l-ewwel okkażjoni meta frikik tajjeb ta’ Diego Venancio ġie milqugħ tajjeb minn David Cassar.

Risposta tat-tim minn San Pawl il-Baħar fis-7 minuta meta xutt ta’ Romario Lucas Menezes sab l-oppożizzjoni ta’ Ini Akpan.

Fit-13-il minuta, xutt ta’ Tiago Fonseca għal Floriana għadda kemm kemm barra mil-lasti ta’ Cassar.

Fit-32 minuta azzjoni tajba ta’ Floriana u xutt fil-baxx ta’ Jurgen Pisani sab lil Cassar jilqa’ tajjeb il-ballun.

Fit-38 minuta, frikik ta’ Romeu Romao għal Sirens għadda barra.

Sirens imorru fil-vantaġġ fit-43 minuta meta wara kontrattakk ferm veloċi, kien De Oliveira Wellington li avvanza tajjeb filwaqt li llobbja minn fuq Ini Akpan.

1-0 favur Sirens u hekk intemmet l-ewwel taqsima.

Floriana fetħu tajjeb it-tieni taqsima u dlonk ġabu l-iskor indaqs minn frikik tas-solitu Diego Venancio li ġie mxellef minn difensur ta’ Sirens sabiex qarraq għal kollox bil-gowlkiper David Cassar.

Sirens dehru mifxula u pront qalgħu t-tieni wieħed. Kienet azzjoni tajba mil-lemin bil-kross li sab lil Tiago Fonseca li minn żewġ passi bogħod iddepożita fix-xibka għall-gowl tal-vantaġġ.

Floriana skorjaw it-tielet gowl tagħhom fil-85 minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Brandon Paiber ħasad lil David Cassar

Fil-ħin mogħti żejjed mir-referi, Floriana ngħataw penalti meta d-difensur Daniel Sant mess il-ballun b’idu wara xutt ta’ Kristian Keqi. L-istess Daniel Sant ġie muri l-karta l-ħamra. Mill-11-il metru kien l-istess Keqi li tefa’ l-ballun naħa u l-gowlkiper naħa oħra sabiex issiġġilla r-rebħa finali għall-Greens.

FLORIANA Ini Etim Akpan, Enzo Ruiz, Diego Venancio, Kristian Keqi, Ulises Arias (Clyde Borg 69 min), Brandon Paiber (Edward Herrera 85 min),  Jurgen Pisani, Matias Nicolas Garcia (Jan Busuttil 46 min), Alex Cini, Ryan Camenzuli, Tiago Adan Fonseca.
Coach: Enzo Potenza

SIRENS David Cassar, Daniel Sant, Ryan Grech, Wellington de Oliveira, Sergio Raphael dos Anjos, Siraj Arab (Matias Bustos 68 min), Abdullahi Ige Adeshina (Luke Sciberras 65 min), Romeu Pericles Romao, Romario Lucas Menezes, Thiago Espindola de Paula, Flavio Cheveresan.
Coach: Steve D’Amato

Imwissija: Diego Venancio, Tiago Fonseca(F), Raphael Dos Anjos (S)

Imkeċċija: Daniel Sant (S)

Skorjaw: De Oliveira Wellington 43 min (S), Diego Venancio 51 min, Tiago Fonseca 53 min, Kristian Keqi 93 min (F)

BOV Plejer tal-Logħba kien Tiago Fonseca ta’ Floriana.

Referi: Slobodan Petrovic

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: L-attakkant ta’ Gżira United Jefferson de Assis rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru. De Assis irċieva t-trofew mingħand l-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta Anthony Scicluna. Il-plejer għażel…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa llum wara nofs in-nhar jilgħab kontra l-Italja f’Castel di Sangro, logħba minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati tal-Ewropa 2021. Wara r-riżultat ta’ 1-1 kontra Iżrael tal-Ħamis…

Futbol lokali

Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena llum telaq lejn l-Italja għall-partiti mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija. Il-kowċ nazzjonali Winston Muscat għażel skwadra ta’ 20…

Aktar