Futbol lokali
Floriana jegħlbu lil Gudja Utd, f’partita deċiża b’penatly

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

FLORIANA FC …………1

GUDJA UTD FC………..0

F’partita b’ħafna logħob f’nofs il-ground u ftit azzjonijiet, Floriana ħadu tliet punti fir-ritorn tal-coach Vincenzo Potenza.

Fit 12 –il minuta Mensah għadda l-ballun lil Aidan Jake Friggieri bix-xutt ta’ dan spiċċa ftit barra. Fis 17 –il minuta wara azzjoni ta’ korner għall Floriana, ix-xutt ta’ Ryan Camenzuli għadda għoli. Fis-37 minuta kross ta’ Ryan Camenzuli, Imanol Gonzalez waqqa’ lil Kristian Keqi fil-kaxxa u l-istess plejer furjaniż mill-penatly għeleb lill-goalkeeper Glenn Zammit.

Fit-tieni taqsima l-andament tal-partita baqa’ l-istess.

Fil-75 minuta free-kick fil-baxx ċentrali ta’ Elton Da Silva u l-goalkeeper furjaniż Akpan salva tajjeb. Fit-80 minuta xutt fil-baxx ta’ Gabriel Mensah kien imblukkat mid-difiża furjaniża.

Riżultat finali: Floriana FC 1 v Gudja Utd. 0

Referee: Andrea Sciriha.

BOV Plejer tal-partita : Ryan Camenzuli (Floriana FC).

Formazzjonijiet:

Floriana FC.

I.Akpan, E.Ruiz, N.Leone, K.Keqi( D.Agius 90’), J.Arias, B.D.Paiber (S.Arab 80’), J.Pisani, M.N.Garcia, M.Dias, S.A.Louzada (J.Busutill 70’), R.Camenzuli.

Gudja Utd.

G.Zammit, A.J.Friggieri, V.Conceicao ( T.Vella 46’), G.Mensah, F.Pankatican, B.I.Gonzalez (.J.Brincat 64’), N.A.Micallef, H.Vella ( E.Da Silva 64’), T.Veronese, J.Bolanos, J.Grioli.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.