Futbol lokali
FILMAT: Floriana jirbħu d-derby kontra Valletta

Kampjonat BOV Premier 2018/19

Floriana……..2

Valletta………0

Quddiem attendenza ta’ kważi erbat elef spettatur Floriana akkwistaw tliet punti importanti ħekk kif għelbu lil-leaders Valletta, min naha tagħhom Valletta naqsu milli jkabbru l-vantaġġ fuq is- segwaċi Hibernians bid-distakk jibqa’ ta’ punt wieħed biss.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 15 -il minuta meta pass ta’ Alba lejn Fontanella li ppruva jitfa’ l-ballun lejn in-nofs bil ballun jaħbat max-xibka.

Mad-29 minuta azzjoni ta’ Floriana meta Arias approfitta minn żball ta’ Pena Beltre li tefa’ l-ballun lejn in-nofs biss id-difiza beltija twarrab il-periklu.

40 minuta u Floriana jmorru fil-vantaġġ foul ta’ Steve Borg fuq Keqi minn barra l-kaxxa bir-referee Malcolm Spiteri jordna freekick li nkariga minnu Diego Paiber li bi preċizjoni tefa’ fir-rokna tax- xibka wara Bonello.

43 minuta risposta ta’ Valletta meta cross ta’ Gavrila ballun fuq ras Fontanella bil-ballun jispiċċa barra.

Tmiem l-ewwel taqsima Floriana 1 Valletta 0.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal mas-60 minuta meta propju cross ta’ Saleh ballun jispiċċa fuq ras  Alexander Cini li laqat ħazin ballun fuq Ruiz li ukoll laqat ħazin u tefa’ l ballun fuq Akpan b’dan tal-aħħar isalva b’diffikulta’.

Mas-67 minuta għal darb’oħra Valletta perikolużi meta cross ta’ Pena Beltre lejn Malano li bir-ras tefa’ barra.

86 minuta Freekick għal Valletta li inkariga minnu Alba ballun jispiċċa għand Malano li qassam lejn Jonathan Caruana bil-ballun jiġi ikklerjat min fuq il linja min Oyama.

90 minuta Floriana jirduppjaw pass ta’ Herrera Lejn Keqi li baqa’ javvanza u bi preċizjoni jitfa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka wara Bonello.  

Riżultat finali Floriana 2 Valletta 0.

Player tal-logħba: Enzo Ruiz Floriana.

Referee: Malcolm Spiteri.

Attendenza: 3,674

Miktub minn...
TVM Sport
.