BOV Premier League 2021/22
Floriana lura għar-rebħ

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

BALZAN FC…………1
FLORIANA FC………2

Fil-25 minuta wara azzjoni ta’ free-kick għal Balzan il-ballun spiċċa għand Paul Fenech bix-xutt tiegħu jispiċċa għoli mil-lasta furjaniża. Żewġ minuti wara Floriana marru fil-vantaġġ, il-kross fil-baxx ta’ Camenzuli, Rebenja kompla lejn Jose Arias li għar-rokna għeleb lil Jake Galea. Fit-38 minuta kross mix-xellug ta’ Gary Camilleri u daqqa ta’ ras ta’ Bojan Keljevic ġiet salvata minn Kitanov. Ftit minuti wara ż-żewġ timijiet bi player inqas meta referee Tonna keċċa lil Augustine Loof ta’ Balzan u Krisian Keqi ta’ Floriana wara li baqa’ jippersisti argument bejnithom.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Balzan ħarġu fuq l-attakk u fit-48 minuta huma skurjaw il-gowl ta’ dro meta Alex Da Paixao b’xutt fil-baxx għeleb lil Kitanov. Fis-57 minuta xutt insidjuż fil-baxx ta’ Alex Da Paixao jiġi mdawwar f’korner mid-difiża furjaniża u ftit wara xutt ieħor angulat ta’ Da Paixao spiċċa ftit għoli. Fil-65 minuta xutt ta’ Milos Mijic pero’ Kitanov kien attent u salva tajjeb, minuta wara Floriana reġgħu marru fil-vantaġġ, il-kross ta’ Zachary Cassar u s-sostitut Jan Busutill minn taħt Galea ma falliex. Żewġ minuti mit-tmiem, xutt fil-baxx tas-sostitut Ciolacu pero’ Galea salva b’diffikulta’ sabiex ir- riżultat baqa dak ta’ 2-1 favur Floriana.

Riżultat finali: Balzan FC 1 v Floriana FC 2
Referee : Glen Tonna
BOV Pleyer tal-partita: Alex Da Paixao (Balzan FC )

Formazzjonijiet:

Balzan FC. Jake Galea, Augustine Loof, Samir Arab, Marcus Grima (Adam Bradshaw 89′), Paul Fenech( Pedro Mota 70′), Alex Da Paixao, Milos Zlatkovic, Gary Camilleri( N Frendo 80′), Milos Mijiz( Milan Duric 80′), Bojan Kaljevic, Sean Cipriott( Aleksa Andrejic 70′)
Floriana FC. Georgi Kitanov, Adam Magri Overend( Aleandro Garcia 80′), Christian Rutjens, Zachary Cassar, Kristian Keqi, Jose Arias ( Andrei Ciolacu 52′), Nicolas Garcia, Brandon Paiber( Daniel Agius 80′), Emiliano Callegari, Eugeniu Rebenja ( Augosto Caseras 52′),Ryan Camenzuli ( Jan Busutill 62′).

 

 

 

Miktub minn...
Rodney Vassallo