Futbol lokali
FILMAT: Floriana superjuri u jirbħu kontra Mosta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Mosta………..1

Floriana…….3

Floriana jkollhom rebħa tajba kontra Mosta, f’partita li kkontrollaw kważi mill-bidu sat-tmiem.

Floriana jibqgħu bla telfa f’dan il-kampjonat, meta f’partita li huma kienu fil-kontroll tagħha għal ħafna ħin, jirnexxilhom jegħlbu lil Mosta 3-1. Mosta li jitilfu, wara li kienu għadhom ġejjin minn 3 rebħiet konsekuttivi.

Floriana bl-ewwel azzjoni, meta fl-10 minuta kellna ‘cross-shot’ mix-xellug ta’ Diego Venancio, ballun imtajjar f’korner mill-goalkeeper Andreas Vella, biex mill-istess korner, ikun hemm ‘foul’ fil-kaxxa mill-plejer Mosti fuq l-istess Venancio, bir-‘referee’ Eman Grech jordna l-penalty, biex mill-11-il-metru, Kristian Keqi jitfa’ lill-Furjana fil-vantaġġ.

Fl-20 minuta, Floriana jirdupjaw, meta ‘free-kick’ minn tarf il-kaxxa ta’ Diego Venancio, ballun iddevjat mid-difiża Mostija, anke saħansitra jsalva l-ballun milli jidħol fix-xibka Andreas Vella, pero’ mix-xellug jidħol bħal vleġġa, Brandon Paiber u jitfa’ fix-xibka, għal Mosta 0-2 Floriana.

Fl-24 minuta, Floriana jkollhom azzjoni fejn Kristian Keqi jkollu x-xutt tiegħu imtajjar parzjalment mill-gowlkeeper Andreas Vella, b’Matias Garcia jkollu x-xutt tiegħu imma imbagħad minn barra l-kaxxa, dejjem għal Floriana, ballun għoli mil-lasti ta’ Vella.

33 minuta, u Mosta jkollhom azzjoni tajba fejn mill-kross ta’ Dexter Xuereb mil-lemin, bir-ras jidħol tajjeb Nicolaevich Kotlov, pero Akpan jilqa’ l-ballun tajjeb.

37 minuta, u Floriana jolqtu l-mimduda, meta minn korner ta’ Venancio mil-lemin, daqqa ta’ ras ta’ Tiago Adan Fonseca, ballun imtajjar f’korner minn Andreas Vella bl-għajnuna tal-mimduda. 5 minuti wara, u Diego Venancio għall-Greens ikollu ‘free-kick’ tajjeb minn ferm barra l-kaxxa, ballun salvat tajjeb f’korner minn Andreas Vella.

Tieni taqsima; 49 minuta u Floriana jkollhom xutt ta’ Jose Arias Ulises, ballun salvat tajjeb f’korner  minn Vella, biex fl-54 minuta, Floriana jiskurjaw it-3 gowl tagħhom, gowl ieħor ta’ Brandon Paiber, wara girja mill-isbaħ tiegħu mil-lemin, wara ballun mogħti lilu minn Kristian Keqi.

Floriana jkomplu jagħfsu meta fid-59 minuta, Brandon Paiber ikollu x-xutt tiegħu mil-lemin, jgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Vella, biex minuti wara jkun Fonseca din id-darba għall-Greens, li jkollu x-xutt tiegħu li jgħaddi barra.

Fl-74 minuta, Mosta jnaqqsu d-distakk, b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa ta’ Nicolaevich Kotlov, li jegħleb lil Ini Akpan, Mosta 1-3 Floriana.

3minuti wara, s-sostitut Gabriel Aquilina jkollu x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa, milqugħ tajjeb minn Ini Akpan, f’azzjoni oħra Mostija.

Riżultat finali-Mosta 1-3 Floriana

BOV Plejer tal-Partita-Diego Venancio (Floriana)

Referee: Eman Grech

Mosta: A.Vella, D.C Kassekar, A.G Roach, W.Gomes, D.Bonnici, N.Kotlov, D.Xuereb, R.Morisco, J.B Diouf, T.Farrugia (C), M.Muchardi

Floriana: I.Akpan, E.Ruiz, D.Venancio, K.Keqi, J.A Ulises, B.Paiber, J.Pisani (C), M.N Garcia, A.Cini, R.Camenzuli, T.A Fonseca

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Kumitat tal-Club tal-Football ta’ Qrendi illum għamilha ċara u ċaħad xnigħat li qed jidhru fil-midja soċjali, li  mhuwiex minnu li ma riedx ikun promoss fil-Kampjonat Premier. Fi stqarraija l-Club qal…

Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Futbol lokali

Floriana FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tas-sekondi ilu mill-Kunsill tal-Malta Football Association. Il-voti ntefgħu hekk: 47 favur il-klassifiċi preżenti, 18 kontra, u astjenew 10 persuni. Dan…

Aktar